+Artikolu 8 3.

Artikolu 8 3.

Id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jinkludi din l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

fil-bidu tad-dokument, l-isem tal-PRIIP, l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-manifattur tal-PRIIP, informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti tal-manifattur tal-PRIIP u d-data tad-dokument;

(b) 

fejn applikabbli, allert ta’ komprensjoni li għandu jaqra: “Ser tixtri prodott li mhuwiex sempliċi u li jista’ jkun diffiċli li tifhmu.”;

(c) 

taħt taqsima bit-titolu “X’inhu dan il-prodott?”, in-natura u l-karatteristiċi ewlenin tal-PRIIP, inkluż:

(i) 

it-tip ta’ PRIIP;

(ii) 

l-objettivi tiegħu u l-modi kif jinkisbu, b’mod partikolari jekk l-objettivi jinkisbux permezz ta’ esponiment dirett jew indirett għall-assi ta’ investiment sottostanti, inkluża deskrizzjoni tal-istrumenti sottostanti jew il-valuri ta’ referenza, inkluża speċifikazzjoni tas-swieq li l-PRIIP jinvesti fihom, inklużi, fejn applikabbli, l-objettivi ambjentali jew soċjali speċifiċi li l-prodott jimmira għalihom, kif ukoll kif jiġi determinat ir-redditu;

(iii) 

deskrizzjoni tat-tip ta’ investituri fil-livell tal-konsumatur li lejh huwa intiż li jiġi kummerċjalizzat il-PRIIP, b’mod partikolari f’termini tal-kapaċità tiegħu li jkun jiflaħ għat-telf tal-investiment u l-orizzont tal-investiment;

(iv) 

fejn il-PRIIP joffri benefiċċji tal-assigurazzjoni, id-dettalji ta’ dawk il-benefiċċji tal-assigurazzjoni, inklużi ċ-ċirkostanzi li joħolquhom;

(v) 

it-terminu ta’ żmien tal-PRIIP, jekk magħruf;

(d) 

taħt taqsima bit-titolu “X’inhuma r-riskji u x’nista’ niggwadanja?”, deskrizzjoni fil-qasir tal-profil tar-riskji u l-gwadanji li jinkludi l-elementi li ġejjin:

(i) 

indikatur sommarju tar-riskji, issupplementat minn spjegazzjoni narrattiva ta’ dak l-indikatur, il-limitazzjonijiet ewlenin tiegħu u spjegazzjoni narrattiva tar-riskji li huma materjalment rilevanti għall-PRIIP u li ma jinqabdux adegwatament mill-indikatur sommarju tar-riskji;

(ii) 

it-telf massimu possibbli tal-kapital investit, inklużainformazzjoni dwar:

— 
jekk l-investitur fil-livell tal-konsumatur jistax jitlef il-kapital investit kollu, jew
— 
jekk l-investitur fil-livell tal-konsumatur huwiex fir-riskju li jsostni impenji jew obbligi finanzjarji addizzjonali, inkluż obbligazzjonijiet kontinġenti minbarra l-kapital investit fil-PRIIP; u
— 
fejn applikabbli, jekk il-PRIIP jinkludix protezzjoni ta’ kapital kontra r-riskju tas-suq, u d-dettalji dwar il-kopertura u l-limitazzjonijiet tiegħu, b’mod partikolari fir-rigward taż-żmien ta’ meta dan japplika;
(iii) 

xenarji adatti tal-prestazzjoni, u l-preżunzjonijiet li saru biex dawn ġew prodotti;

(iv) 

fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet għar-redditi għall-investituri fil-livell tal-konsumatur jew limiti massimi ta’ prestazzjoni inkorporati;

(v) 

dikjarazzjoni li l-leġiżlazzjoni tat-taxxa tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-investitur fil-livell tal-konsumatur jista’ jkollha impatt fuq l-iżborż innifsu;

(e) 

taħt taqsima bit-titolu “X’jiġri jekk [l-isem tal-manifattur tal-PRIIP] ma jkunx jista’ jagħti żborż?”, deskrizzjoni fil-qasir dwar jekk it-telf relatat ikunx kopert minn skema ta’ kumpens jew garanzija mill-investituru jekk ikun hekk, liema skema hi, l-isem tal-garanti u liema riskji huma koperti mill-iskema u liem mhumiex;

(f) 

taħt it-taqsima bit-titolu “X’inhuma l-ispejjeż?”, l-ispejjeż assoċjati mal-investiment fil-PRIIP, li jinkludu kemm l-ispejjeż diretti kif ukoll dawk indiretti li għandu jsostni l-investitur fil-livell tal-konsumatur, inkluż l-ispejjeż ta’ darba u dawk rikorrenti, ippreżentati permezz ta’ indikaturi sommarji ta’ dawn l-ispejjeż u, biex tkun żgurata l-paragunabbiltà, l-ispejjeż totali espressi f’termini monetarji u perċentwali, biex jintwerew l-effetti totali tal-ispejjeż fuq l-investiment.

Id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jinkludi indikazzjoni ċara li dawk li jagħtu l-pariri, id-distributuri jew kwalunkwe persuna oħra li tagħti l-pariri jew tbiegħ il-PRIIP ser tipprovdi l-informazzjoni li tagħti d-dettalji dwar kwalunkwe spiża tad-distribuzzjoni li mhijiex diġà inkluża fl-ispejjeż speċifikati hawn fuq, sabiex l-investitur fil-livell tal-konsumatur ikun jista’ jifhem l-effett kumulattiv li dawn l-ispejjeż aggregati għandhom fuq ir-redditu tal-investiment.

(g) 

taħt taqsima bit-titolu “Għal kemm għandi nżommu u nista’ nieħu l-flus qabel?”

(i) 

fejn applikabbli, jekk hemmx żmien biex wieħed jerġa’ jaħsibha jew perijodu ta’ kanċellazzjoni għall-PRIIP;

(ii) 

indikazzjoni tal-perijodu ta’ parteċipazzjoni minimu rakkomandat u, fejn applikabbli, meħtieġ;

(iii) 

il-kapaċità li jsir kwalunkwe disinvestiment, u l-kondizzjonijiet għalih, qabel il-maturità, inkluż it-tariffi u l-penali applikabbli kollha, li jirrigwardjaw il-profil tar-riskji u tal-gwadanji tal-PRIIP u l-evoluzzjoni tas-suq li jimmira lejh;

(iv) 

informazzjoni dwar il-konsegwenzi potenzjali jekk jittieħdu l-flus qabel tmiem it-terminu jew il-perijodu ta’ parteċipazzjoni rakkomandat, bħat-telf tal-protezzjoni tal-kapital jew miżati kontinġenti addizzjonali;

(h) 

taħt it-taqsima bit-titolu “Kif nista’ nressaq ilment?”, informazzjoni dwar kif u lil min l-investitur fil-livell tal-konsumatur jista’ jippreżenta lment dwar il-prodott jew l-imġiba tal-manifattur tal-PRIIP jew ta’ persuna li tagħti pariri dwar il-prodott jew tbigħu;

(i) 

taħt taqsima bit-titolu “Informazzjoni rilevanti oħra”, indikazzjoni fil-qasir ta’ kwalunkwe dokument ta’ informazzjoni addizzjonali li għandu jkun ipprovdut lill-investitur fil-livell tal-konsumatur fi stadju prekuntrattwali jew/u postkuntrattwali, eskluż kwalunkwe materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1286
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.