+Artikolu 17
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
|
Artikolu 17
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Awtorità kompetenti tista’ tipprojbixxi jew tirrestrinġi s-segwenti fl-Istat Membru tagħha jew minnu:
(a)
il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni jew prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew
(b)
tip ta’ attività finanzjarja jew prassi ta’ impriża ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni.
|
|
Artikolu 17 2.
|
Awtorità kompetenti tista’ tieħu l-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jekk tkun sodisfatta fuq bażi raġonevoli li:
(a)
prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, jew attività jew prassi joħolqu tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew huma ta’ theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha f’tal-anqas Stat Membru wieħed;
(b)
ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, jew attività jew prassi ma jindirizzawx biżżejjed ir-riskji msemmija fil-punt (a) u l-kwistjoni ma tkunx indirizzata aħjar permezz ta’ superviżjoni jew infurzar imtejba tar-rekwiżiti eżistenti;
(c)
l-azzjoni hija proporzjonata b’kont meħud tan-natura tar-riskji identifikati, il-livell ta’ sofistikazzjoni tal-investituri jew tal-parteċipanti tas-suq konċernati u l-effett probabbli tal-azzjoni fuq l-investituri u l-parteċipanti tas-suq li jista’ jkollhom, jużaw jew jibbenefikaw mill-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, jew attività jew prassi ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni;
(d)
l-awtorità kompetenti kkonsultat kif xieraq l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jistgħu jkunu affettwati b’mod sinifikanti mill-azzjoni; u
(e)
l-azzjoni ma għandhiex effett diskriminatorju fuq is-servizzi jew l-attivitajiet forniti minn Stat Membru ieħor.
Fejn il-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu jkunu ssodisfati, l-awtorità kompetenti tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jkun ġie kkumerċjalizzat jew mibjugħ lill-investituri. Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 17 3.
|
L-awtorità kompetenti ma għandhiex timponi projbizzjoni jew restrizzjoni skont dan l-Artikolu sakemm, sa mhux inqas minn xahar qabel ma jkun maħsub li l-miżura tidħol fis-seħħ, ma tkunx innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u lill-EIOPA bil-miktub jew permezz ta’ mezz ieħor miftiehem bejn l-awtoritajiet dwar id-dettalji ta’:
(a)
il-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, jew attività jew jew prassi ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni li l-azzjoni proposta hija relatata magħhom;
(b)
in-natura preċiża tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni proposta u meta huwa maħsub li tidħol fis-seħħ; u
(c)
l-evidenza li fuqha bbażat id-deċiżjoni tagħha u li permezz tagħha hija sodisfatta li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet kollha fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 17 4.
|
F’każijiet eċċezzjonali fejn l-awtorità kompetenti tqis li jkun jeħtieġ li tittieħed azzjoni urġenti skont dan l-Artikolu sabiex ikun evitat li jsir dannu minħabba l-prodotti, il-prassi jew l-attivitajiet ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, attivitajiet jew prassi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu azzjoni fuq bażi proviżorja b’avviż bil-miktub sa mhux anqas minn 24 siegħa qabel ma jkun maħsub li l-miżura tidħol fis-seħħ, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u lill-EIOPA, dment li l-kriterji kollha f’dan l-Artikolu jiġu ssodisfati u li, barra minn hekk, jiġi stabbilit b’mod ċar li perijodu ta’ notifika ta’ xahar ma jindirizzax it-tħassib jew theddida speċifika b’mod adegwat. L-awtorità kompetenti ma għandhiex tieħu azzjoni fuq bażi proviżorja għal perijodu li jaqbeż it-tliet xhur.
|
|
Artikolu 17 5.
|
L-awtorità kompetenti għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li timponi xi projbizzjoni jew restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dak l-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni, id-data wara l-pubblikazzjoni tal-avviż li minnha jidħlu fis-seħħ il-miżuri u l-evidenza li turi li hija sodisfatta li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet kollha tal-paragrafu 2. Il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni għandha tapplika biss fir-rigward ta’ azzjoni li tittieħed wara l-pubblikazzjoni tal-avviż.
|
|
Artikolu 17 6.
|
L-awtorità kompetenti għandha tirrevoka projbizzjoni jew restrizzjoni jekk il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 2 ma jibqgħux japplikaw.
|
|
Artikolu 17 7.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi li għandu jittieħed kont tagħhom mill-awtoritajiet kompetenti meta jiddeterminaw meta jkun hemm tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja f’tal-anqas Stat Membru wieħed imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. Dawk il-kriterji u l-fatturi għandhom jinkludu:
(a)
il-livell ta’ kumplessità ta’ prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni u r-relazzjoni għat-tip ta’ investitur li għalih huwa kkummerċjalizzat u lilu mibjugħ;
(b)
il-livell ta’ innovazzjoni ta’ prodott ta’ investimentbbażat fuq l-assigurazzjoni, attività jew prassi;
(c)
il-lieva li prodott jew prassi jipprovdu;
(d)
b’rabta mal-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji, id-daqs jew il-valur nozzjonali ta’ prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1286
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|