+Artikolu 22
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.

Artikolu 22

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1.
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli li jistabbilixxu s-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi adatti applikabbli f’sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk is-sanzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għal ksur li jkun soġġett għal sanzjonijiet kriminali taħt il-liġi nazzjonali tagħhom.

Sal-31 ta’ Diċembru 2016 l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Konġunt. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Konġunt mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

Artikolu 22 2.
Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom fl-Artikolu 24, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li s-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi jipproduċu r-riżultati mfittxija minn dan ir-Regolament u jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw il-possibbiltà ta’ xogħol doppju u duplikazzjoni meta japplikaw s-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi f’każijiet transkonfinali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1286
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.