+Artikolu 24 2.

Artikolu 24 2.

L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jimponu, f’konformità mal-liġi nazzjonali, mill-inqas s-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi li ġejjin:

(a) 

ordni li tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ PRIIP;

(b) 

ordni li tissospendi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ PRIIP;

(c) 

twissija pubblika li tindika l-persuna responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur;

(d) 

ordni li tipprojbixxi l-għoti ta’ dokument bl-informazzjoni ewlenija li ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Artikoli 6, 7, 8 jew 10 u li titlob il-pubblikazzjoni ta’ verżjoni ġdida ta’ dokument bl-informazzjoni ewlenija;

(e) 

multi amministrattivi ta’ mill-inqas:

(i) 

f’każ ta’ entità ġuridika:

— 
sa EUR 5 000 000 , jew, fl-IstatiMembri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-30 ta’ Diċembru 2014, jew sa 3 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik l-entità ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp amministrattiv, jew
— 
sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;
(ii) 

f’każ ta’ persuna fiżika:

— 
sa EUR 700 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-Euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-30 ta’ Diċembru 2014, jew
— 
sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati.

Fejn l-entità ġuridika msemmija fil-punt (e)(i) tal-ewwel subparagrafu hija impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża prinċipali li għandha tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), il-fatturat totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ dħul f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati disponibbli approvat mill-korp amministrattiv tal-aħħar impriża prinċipali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1286
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.