+Artikolu 29a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
---+Artikolu 29a 1.
---+Artikolu 29a 2.
---+Artikolu 29a 3.
---+Artikolu 29a 4.
---+Artikolu 29a 5.
---+Artikolu 29a 6.
|
Artikolu 29a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29a 1.
|
Mill-10 ta’ Jannar 2028, meta jippubblikaw id-dokument bl-informazzjoni ewlenija msemmi fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament, il-manifattur tal-PRIIPs għandu jissottometti dak id-dokument bl-informazzjoni ewlenija fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
). Dak id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
jiġi sottomess f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;
(b)
ikunu akkumpanjati mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-manifattur tal-PRIIP li miegħu hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
għall-persuni ġuridiċi, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-manifattur tal-PRIIP, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (EU) 2023/2859;
(iii)
għall-persuni ġuridiċi, id-daqs tal-manifattur tal-PRIIP skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(v)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
|
|
Artikolu 29a 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), il-manifatturi tal-PRIIP, li huma persuni ġuridiċi, għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
|
|
Artikolu 29a 3.
|
Sad-9 ta’ Jannar 2028, għall-fini li d-dokument bl-informazzjoni ewlenija msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jaħtru mill-inqas korp ta’ ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
|
|
Artikolu 29a 4.
|
Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 27(1) u 29(1) ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (8), ta’ dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-manifattur tal-PRIIP li miegħu hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-manifattur tal-PRIIP, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(iii)
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.
|
|
Artikolu 29a 5.
|
Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jispeċifikaw:
(a)
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;
(b)
l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;
(c)
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-ASE għandhom jivvalutaw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u jwettqu testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-għan. L-ASE għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 29a 6.
|
Meta jkun meħtieġ, l-ESA, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jadottaw linji gwida biex jiżguraw li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1286
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|