Artikolu 31
Fejn il-Kummissjoni tadotta standards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 10(2) jew l-Artikolu 13(5) li huma l-istess bħall-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ippreżentati mill-ASE, il-perijodu li matulu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji għandu, b’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, u sabiex jittieħed kont tal-kumplessità u l-volum tal-kwistjonijiet koperti hemmhekk, ikun ta’ xahrejn mid-data ta’ notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perijodu jista’ jiġi estiż b’xahar.