|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“titoli” tfisser titoli trasferibbli kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE bl-eċċezzjoni ta’ strumenti tas-suq monetarju kif definit fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, li jkollhom maturità ta’ inqas minn 12-il xahar;
(b)
“titoli ta’ ekwità” tfisser l-ishma u t-titoli trasferibbli l-oħra ekwivalenti għall-ishma f'kumpanniji, kif ukoll kwalunkwe tip ieħor ta’ titoli trasferibbli li jagħtu d-dritt li jinkiseb kwalunkwe wieħed mit-titoli msemmija hawn fuq bħala konsegwenza li jkunu jistgħu jiġu kkonvertiti jew li jiġu eżerċitati minnhom id-drittijiet ikkonferiti minnhom, bil-kondizzjoni li t-titoli tat-tip tal-aħħar jinħarġu mill-emittent tal-ishma sottostanti jew minn entità li tappartjeni għall-grupp tal-emittent imsemmi;
(c)
“titoli mingħajr ekwità” tfisser it-titoli kollha li mhumiex titoli ta’ ekwità;
(d)
“offerta ta' titoli lill-pubbliku” tfisser komunikazzjoni lil persuni fi kwalunkwe għamla u bi kwalunkwe mezz, li tippreżenta informazzjoni biżżejjed dwar it-termini tal-offerta u dwar it-titoli li jkunu sejrin jiġu offruti, sabiex l-investitur ikun jista' jiddeċiedi jekk jixtrix jew jissottoskrivix għal dawk it-titoli. Din id-definizzjoni tapplika wkoll għat-tqegħid ta' titoli permezz ta’ intermedjarji finanzjarji;
(da)
“ristrutturar” tfisser ristrutturar kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );
(db)
“proċedimenti ta’ insolvenza” tfisser proċedimenti ta’ insolvenza kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );
(e)
“investituri kwalifikati” tfisser persuni jew entitajiet li huma elenkati fil-punti (1) sa (4) tat-Taqsima I tal-Anness II għad-Direttiva 2014/65/UE, u persuni jew entitajiet li, fuq talba, huma ttrattati bħala klijenti professjonali f'konformità mat-Taqsima II ta' dak l-Anness II, jew rikonoxxuti bħala kontropartijiet eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2014/65/UE sakemm ma jkunux daħlu fi ftehim li jiġu ttrattati bħala klijenti mhux professjonali f'konformità mar-raba’ paragrafu tat-Taqsima I ta' dak l-Anness. Għall-finijiet ta' applikazzjoni tal-ewwel sentenza ta' dan il-punt, ditti tal-investiment u istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom, fuq talba mill-emittent, jikkomunikaw il-klassifika tal-klijenti tagħhom lill-emittent, soġġett għall-konformità mal-liġijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data;
(f)
“intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju” jew “SMEs” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
kumpanniji li, skont il-kontijiet annwali jew konsolidati l-aktar reċenti tagħhom, jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin: għadd medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja ta’ inqas minn 250, karta tal-bilanċ totali li ma taqbiżx l-EUR 43 000 000 u qligħ nett annwali li ma jaqbiżx l-EUR 50 000 000 ; jew
(ii)
intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.
(g)
“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(h)
“emittent” tfisser entità legali li toħroġ jew tipproponi li toħroġ it-titoli;
(i)
“offerent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li toffri t-titoli lill-pubbliku;
(j)
“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(k)
“reklam” tfisser komunikazzjoni b'dawn iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
(i)
dwar offerta speċifika ta' titoli lill-pubbliku jew ta' ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat;
(ii)
bil-għan li jippromwovi speċifikament is-sottoskrizzjoni potenzjali jew l-akkwist ta’ titoli;
(l)
“informazzjoni regolata” tfisser l-informazzjoni regolata kif definit fil-punt (k) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/109/KE;
(m)
“Stat Membru ta’ domiċilju” tfisser:
(i)
għall-emittenti kollha ta' titoli stabbiliti fl-Unjoni li mhumiex imsemmija fil-punt (ii), l-Istat Membru fejn l-emittent ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;
(ii)
għal kwalunkwe ħruġ ta’ titoli mingħajr ekwità li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tammonta għal mill-inqas EUR 1 000 , u għal kwalunkwe ħruġ ta’ titoli mingħajr ekwità li jagħti d-dritt li jakkwistaw kwalunkwe titolu trasferibbli jew li jirċievu ammont fi flus kontanti, bħala konsegwenza li dawn ikunu ġew konvertiti jew id-drittijiet ikkonferiti minnhom jiġu eżerċitati, bil-kondizzjoni li l-emittent tat-titoli mingħajr ekwità ma jkunx l-emittent tat-titoli sottostanti jew entità li tappartjeni għall-grupp tal-emittent tal-aħħar, l-Istat Membru fejn l-emittent ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, jew meta t-titoli kienu jew ikunu ser jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku, skont l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat. L-istess għandu japplika għat-titoli mingħajr ekwità f’munita oħra għajr l-euro, bil-kondizzjoni li l-valur ta’ tali denominazzjoni minima jkun kważi ekwivalenti għal EUR 1 000 ;
(iii)
għall-emittenti kollha ta’ titoli stabbiliti f’pajjiż terz li mhumiex imsemmija fil-punt (ii), l-Istat Membru fejn it-titoli jkunu intiżi li jiġu offruti lill-pubbliku għall-ewwel darba jew meta tkun saret l-ewwel applikazzjoni għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, skont l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, soġġett għal għażla sussegwenti mill-emittenti stabbiliti f’pajjiż terz f’waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
—
fejn l-Istat Membru ta’ domiċilju ma jkunx ġie ddeterminat mill-għażla ta’ dawk l-emittenti,
—
f'konformità mal-punt (i)(iii) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/109/KE;
(n)
“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru fejn issir offerta ta' titoli lill-pubbliku jew fejn tkun qed tintalab l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju;
(o)
“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità nominata minn kull Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 31, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament;
(p)
“intrapriża għal investiment kollettiv għajr tat-tip tat-tmiem magħluq” tfisser fiduċjarji ta' unità u l-kumpanniji tal-investiment b’dawn iż-żewġ karatteristiċi:
(i)
jiġġeneraw kapital minn numru ta’ investituri, bil-ħsieb li jinvestuh f'konformità mal-politika ta’ investiment definita għall-benefiċċju ta’ dawk l-investituri;
(ii)
l-unitajiet tagħhom huma, fuq talba tad-detentur, mixtrija jew mifdija mill-ġdid, direttament jew indirettament, mill-assi tagħhom;
(q)
“unitajiet ta’ intrapriża għal investiment kollettiv” tfisser titoli maħruġa minn intrapriża għal investiment kollettiv li jirrappreżentaw id-drittijiet tal-parteċipanti f’din l-intrapriża fuq l-assi tagħha;
(r)
“approvazzjoni” tfisser l-att pożittiv mar-riżultat tal-iskrutinju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju rigward il-kompletezza, il-konsistenza u kemm tinftiehem l-informazzjoni mogħtija fil-prospett, iżda ma tikkonċernax l-akkuratezza ta’ dik l-informazzjoni;
(s)
“prospett bażi” tfisser prospett li jkun konformi mal-Artikolu 8, u, skont l-għażla tal-emittent, it-termini finali tal-offerta;
(t)
“jiem ta’ xogħol”, tfisser jiem ta' xogħol tal-awtorità kompetenti rilevanti esklużi s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi, kif definit fil-liġi nazzjonali applikabbli għal dik l-awtorità kompetenti;
(u)
“faċilità multilaterali tan-negozjar” jew “MTF” tfisser faċilità multilaterali tan-negozjar kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(v)
“faċilità organizzata tan-negozjar” jew “OTF” tfisser faċilità organizzata tan-negozjar kif definit fil-punt (23) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(w)
“suq tal-SMEs li qed jespandi” tfisser suq tal-SMEs li qed jespandi kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(x)
“emittent ta’ pajjiż terz” tfisser emittent stabbilit f’pajjiż terz;
(y)
“perijodu tal-offerta” tfisser il-perijodu li matulu l-investituri potenzjali jistgħu jixtru jew jissottoskrivu għat-titoli kkonċernati;
(z)
“format elettroniku” tfisser format elettroniku kif iddefinit fl-Artikolu 4(1), il-punt (62a), tad-Direttiva 2014/65/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|