L-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat tista' tfassal il-prospett bħala dokument uniku jew bħala dokumenti separati.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(8) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1), prospett magħmul minn dokumenti separati għandu jaqsam l-informazzjoni meħtieġa f’dokument tar-reġistrazzjoni, nota tat-titoli u sommarju. Id-dokument tar-reġistrazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni relatata mal-emittent. In-nota tat-titoli għandu jkun fiha l-informazzjoni li tirrigwarda t-titoli offruti lill-pubbliku jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.