+Artikolu 6 Il-prospett
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
---+Artikolu 6 8.
|
Artikolu 6 Il-prospett
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
►M5
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14a(2), għall-Artikolu 15a(2) u għall-Artikolu 18(1), prospett għandu jkun fih l-informazzjoni neċessarja li tkun sinifikanti għal investitur sabiex jagħmel valutazzjoni informata ta’: ◄
▼B
(a)
l-assi u l-obbligazzjonijiet, il-qligħ u t-telf, il-pożizzjoni finanzjarja, u l-prospetti tal-emittent u ta' kwalunkwe garanti;
(b)
id-drittijiet marbuta mat-titoli; u
(c)
ir-raġunijiet għall-ħruġ u l-impatt tiegħu fuq l-emittent.
Dik l-informazzjoni tista' tvarja skont kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(c)
iċ-ċirkostanzi tal-emittent;
(d)
fejn rilevanti, sew jekk it-titoli mingħajr ekwità jkollhom denominazzjoni għal kull unità ta' mill-anqas EUR 100 000 u jew jekk le, jew, u ser ikunu nnegozjati biss f'suq regolat, jew parti speċifika tiegħu, li għalih jista' jkollhom aċċess biss investituri kwalifikati għall-finijiet tal-kummerċ fit-titoli.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Il-prospett għandu jkun dokument f’format standardizzat u l-informazzjoni żvelata fi prospett għandha tiġi ppreżentata f’sekwenza standardizzata, f’konformità mal-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 13(1). L-informazzjoni fi prospett għandha tinkiteb u tiġi ppreżentata f’forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem, u tqis il-fatturi stipulati fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, mill-paragrafi 4 u 5 u mir-rekwiżiti stabbiliti fl-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni inkluża f’dokument tar-reġistrazzjoni universali tista’ tiġi inkluża mingħajr ma jitqiesu l-format standardizzat, is-sekwenza standardizzata, it-tul massimu, il-mudell u t-tqassim inkluż ir-rekwiżiti tad-daqs tat-tipa u tal-istil.
|
|
Artikolu 6 3.
|
L-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat tista' tfassal il-prospett bħala dokument uniku jew bħala dokumenti separati.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(8) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1), prospett magħmul minn dokumenti separati għandu jaqsam l-informazzjoni meħtieġa f’dokument tar-reġistrazzjoni, nota tat-titoli u sommarju. Id-dokument tar-reġistrazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni relatata mal-emittent. In-nota tat-titoli għandu jkun fiha l-informazzjoni li tirrigwarda t-titoli offruti lill-pubbliku jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Prospett li jirrigwarda ishma għandu jkun ta’ tul massimu ta’ 300 faċċata ta’ karta ta’ daqs A4 meta jiġi stampat u għandu jiġi ppreżentat u stabbilit b’mod li jkun faċli sabiex jinqara, bl-użu ta’ karattri ta’ daqs li jistgħu jinqraw.
|
|
Artikolu 6 5.
|
Is-sommarju, l-informazzjoni inkorporata b’referenza f’konformità mal-Artikolu 19, l-informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi pprovduta meta l-emittent ikollu storja finanzjarja kumplessa jew ikun ħa impenn finanzjarju sinifikanti, kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 (
8
), jew l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fil-każ ta’ bidla grossa sinifikanti, kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament Delegat, ma għandhomx jitqiesu għat-tul massimu msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 6 6.
|
B’deroga mill-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, u l-paragrafi 4 u 5, meta titoli jkunu ser jiġu ammessi għan-negozjar f’suq regolat fl-Unjoni u simultanjament jiġu offruti jew jitqiegħdu privatament ma’ investituri f’pajjiż terz fejn jitħejja dokument tal-offerta skont il-liġi, ir-regola jew il-prattika tas-suq, ir-rekwiżiti fir-rigward ta’ format standardizzat, ta’ sekwenza standardizzata, ta’ tul massimu, u l-mudell u t-tqassim tal-prospetti, inkluż ir-rekwiżiti tad-daqs tat-tipa u tal-istil, ma għandhomx japplikaw għall-prospett għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat ta’ dawk it-titoli.
|
|
Artikolu 6 7.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida dwar il-komprensibbiltà u l-użu ta’ lingwaġġ faċli li jinftiehem fil-prospetti biex tiżgura li l-informazzjoni pprovduta fihom tkun konċiża, ċara u faċli għall-utent skont it-tip ta’ prospett u t-tip ta’ investituri fil-mira.
|
|
Artikolu 6 8.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-mudell u t-tqassim tal-prospetti, inkluż id-daqs tat-tipa u r-rekwiżiti tal-istil skont it-tip ta’ prospett u t-tip ta’ investituri fil-mira. L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-5 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|