|
+Artikolu 7 1. |
Artikolu 7 1.Il-prospett għandu jinkludi sommarju li jipprovdi l-informazzjoni ewlenija li l-investituri jeħtieġu biex jifhmu n-natura u r-riskji tal-emittent, il-garanti u t-titoli li qed jiġu offruti jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jrid jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett biex jgħin lill-investituri meta jikkunsidraw jekk jinvestux f’titoli bħal dawn. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, m'għandu jkun meħtieġ l-ebda sommarja meta l-prospett ikun relatat mal-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta' titoli mingħajr ekwità bil-kondizzjoni li:
(a)
tali titoli għandhom jiġu kummerċjalizzati biss f’suq regolat, jew porzjon speċifiku tiegħu, li investituri kkwalifikati biss għandhom aċċess għalih għall-finijiet ta’ kummerċ f’titoli bħal dawn; jew
(b)
tali titoli għandhom denominazzjoni għal kull unità ta' mill-inqas EUR 100 000 . 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|