+Artikolu 7 Is-sommarju tal-prospett
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.
---+Artikolu 7 8.
---+Artikolu 7 9.
---+Artikolu 7 10.
---+Artikolu 7 11.
---+Artikolu 7 12.
---+Artikolu 7 12a.
---+Artikolu 7 13.
---+Artikolu 7 14.
---+Artikolu 7 15.

Artikolu 7 Is-sommarju tal-prospett

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.

Il-prospett għandu jinkludi sommarju li jipprovdi l-informazzjoni ewlenija li l-investituri jeħtieġu biex jifhmu n-natura u r-riskji tal-emittent, il-garanti u t-titoli li qed jiġu offruti jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jrid jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett biex jgħin lill-investituri meta jikkunsidraw jekk jinvestux f’titoli bħal dawn.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, m'għandu jkun meħtieġ l-ebda sommarja meta l-prospett ikun relatat mal-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta' titoli mingħajr ekwità bil-kondizzjoni li:

(a) 

tali titoli għandhom jiġu kummerċjalizzati biss f’suq regolat, jew porzjon speċifiku tiegħu, li investituri kkwalifikati biss għandhom aċċess għalih għall-finijiet ta’ kummerċ f’titoli bħal dawn; jew

(b) 

tali titoli għandhom denominazzjoni għal kull unità ta' mill-inqas EUR 100 000 .

Artikolu 7 2.
Il-kontenut tas-sommarju għandu jkun preċiż, ġust u ċar u ma għandux ikun qarrieqi. Huwa jrid jinqara bħala introduzzjoni għall-prospett u għandu jkun konsistenti mal-partijiet l-oħra tal-prospett.
Artikolu 7 3.

Is-sommarju għandu jitfassal bħala dokument qasir miktub b’mod konċiż u ta’ tul massimu ta’ seba' faċċati ta’ karti ta' daqs A4 meta jiġi stampat. Is-sommarju għandu:

(a) 

jiġi ppreżentat u strutturat b’mod li jkun faċli biex jinqara, bl-użu ta’ karattri ta' daqs li jinqara;

(b) 

jinkiteb b’lingwaġġ u bi stil li jiffaċilita l-fehim tal-informazzjoni, b’mod partikolari, b'lingwaġġ li jkun ċar, mhux tekniku, konċiż u li jinftiehem għall-investituri.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, is-sommarju jista’ jippreżenta jew jiġbor fil-qosor informazzjoni fil-forma ta’ ċarts, ta’ graffs jew ta’ tabelli.

Artikolu 7 4.

►M5  Is-sommarju għandu jkun magħmul mill-erba’ taqsimiet li ġejjin fl-ordni li ġej: ◄

(a) 

introduzzjoni, li fiha t-twissijiet;

(b) 

informazzjoni ewlenija dwar l-emittent;

(c) 

informazzjoni ewlenija dwar it-titoli;

(d) 

informazzjoni ewlenija dwar l-offerta ta' titoli lill-pubbliku u/jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat.

Artikolu 7 5.

►M5  It-taqsima msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (a), għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja fl-ordni li ġej: ◄

(a) 

l-isem u n-numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) tat-titoli;

(b) 

l-identità u d-dettalji tal-emittent, inkluż l-identifikatur ta' entità ġuridika (LEI) tiegħu;

(c) 

fejn applikabbli, l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-offerent, inkluż il-LEI tiegħu jekk l-offerent ikollu personalità ġuridika, jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat;

(d) 

l-identità u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtorità kompetenti li tapprova l-prospett u, meta differenti, l-awtorità kompetenti li approvat id-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali;

(e) 

id-data tal-approvazzjoni tal-prospett;

▼M5

Għandu jkun fiha t-twissijiet li ġejjin fl-ordni li ġej:

▼B

(a) 

is-sommarju għandu jinqara bħala introduzzjoni għall-prospett;

(b) 

kwalunkwe deċiżjoni ta’ investiment fit-titoli għandha tiġi bbażata fuq konsiderazzjoni tal-prospett sħiħ mill-investitur;

(c) 

fejn applikabbli, li l-investitur jista' jitlef il-kapital investit kollu jew parti minnu u, fejn ir-responsabbiltà tal-investitur ma tkunx limitata għall-ammont tal-investiment, twissija li l-investitur jista' jitlef aktar mill-kapital investit u l-portata ta’ tali telf potenzjali;

(d) 

meta pretensjoni relatata mal-informazzjoni li tinsab fi prospett titressaq quddiem il-qorti, l-investitur attur jista’, skont il-liġi nazzjonali, jkollu jġarrab l-ispejjeż tat-traduzzjoni tal-prospett qabel ma jinbdew il-proċeduri legali;

(e) 

ir-responsabbiltà ċivili għandha x’taqsam biss ma’ dawk il-persuni li jkunu ppreżentaw is-sommarju, inkluża kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, iżda biss fejn is-sommarju jkun qarrieqi, ineżatt jew inkonsistenti, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, jew fejn dan ma jipprovdix, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, informazzjoni ewlenija sabiex jgħin lill-investituri meta jiġu biex jikkunsidraw jekk jinvestux f’tali titoli;

(f) 

fejn applikabbli, l-allert ta’ komprensjoni meħtieġ f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014;

▼M5

(g) 

meta applikabbli, dikjarazzjoni li l-kumpanija identifikat kwistjonijiet ambjentali bħala fattur ta’ riskju materjali f’konformità mal-Artikolu 16.

▼B

Artikolu 7 6.

►M5  It-taqsima msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (b), għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja fl-ordni li ġej: ◄

(a) 

taħt subtaqsima intitolata “Min hu l-emittent tat-titoli?”, deskrizzjoni fil-qosor tal-emittent tat-titoli, inkluż mill-inqas dan li ġej:

(i) 

id-domiċilju u l-forma ġuridika tiegħu, il-LEI tiegħu, il-liġi li taħtha jopera u l-pajjiż ta' inkorporazzjoni tiegħu;

(ii) 

l-attivitajiet prinċipali tiegħu;

(iii) 

l-azzjonisti ewlenin tiegħu, inkluż jekk ikunx immexxi jew ikkontrollat direttament jew indirettament u minn min;

(iv) 

l-identità tad-diretturi maniġerjali ewlenin tiegħu;

(v) 

l-identità tal-awdituri statutorji tiegħu;

▼M5

(vi) 

meta l-emittent ta’ titoli ta’ ekwità ikun soġġett għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), dikjarazzjoni dwar jekk l-attivitajiet tal-emittent humiex assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli skont l-Artikoli 3 u 9 ta’ dak ir-Regolament.

▼B

(b) 

taħt is-subtaqsima intitolata “X'inhi l-informazzjoni finanzjarja ewlenija li tirrigwarda l-emittent?” għażla ta’ informazzjoni finanzjarja ewlenija storika ppreżentata għal kull sena finanzjarja tal-perijodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, u kwalunkwe perijodu finanzjarju interim sussegwenti akkumpanjat minn data komparattiva mill-istess perijodu fis-sena finanzjarja preċedenti. Ir-rekwiżit għal informazzjoni komparattiva tal-karta tal-bilanċ għandu jiġi ssodisfat bil-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-karta tal-bilanċ ta' tmiem is-sena. L-informazzjoni finanzjarja prinċipali, fejn ikun applikabbli, għandha tinkludi:

(i) 

informazzjoni finanzjarja pro forma;

(ii) 

deskrizzjoni fil-qosor ta’ kwalunkwe kwalifika fir-rapport tal-awditjar relatata mal-informazzjoni finanzjarja storika;

(c) 

taħt is-subtaqsima intitolata “X'inhuma r-riskji ewlenin li huma speċifiċi għall-emittent?” deskrizzjoni fil-qosor tal-aktar fatturi ta’ riskju materjali speċifiċi għall-emittent li jinsabu fil-prospett, filwaqt li ma jinqabżux il-għadd totali ta' fatturi ta' riskju stabbiliti fil-paragrafu 10.

Artikolu 7 7.

►M5  It-taqsima msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (c), għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja fl-ordni li ġej: ◄

(a) 

taħt subtaqsima intotlata “X’inhuma l-karatteristiċi ewlenin tat-titoli?”, deskrizzjoni fil-qosor tat-titoli li qed jiġu offruti lill-pubbliku u/jew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, inkluż mill-inqas:

(i) 

it-tip, il-klassi u l-ISIN tagħhom;,

(ii) 

fejn applikabbli, il-valuta tagħhom, id-denominazzjoni, il-valur nominali, in-numru ta' titoli maħruġa u t-terminu tat-titoli;

(iii) 

id-drittijiet marbuta mat-titoli;

(iv) 

is-superjorità relattiva tat-titoli fl-istruttura tal-kapital tal-emittent fl-eventwalità ta' insolvenza, inkluż, meta jkun il-każ, l-informazzjoni dwar il-livell ta' subordinazzjoni tat-titoli u l-impatt potenzjali fuq l-investiment fil-każ ta' riżoluzzjoni skont id-Direttiva 2014/59/UE;

(v) 

kwalunkwe restrizzjoni fuq it-trasferibbiltà libera tat-titoli;

(vi) 

fejn applikabbli, il-politika tad-dividendi jew ħlas;

(b) 

taħt subtaqsima intitolata “Fejn ser jiġu nnegozjati t-titoli?”, indikazzjoni dwar jekk it-titoli humiex jew hux ser ikunu suġġetti għal applikazzjoni għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew għall-kummerċ f’MTF u l-identità tas-swieq kollha fejn jinsabu t-titoli jew fejn għandhom jiġu nnegozjati;

(c) 

meta hemm garanzija marbuta mat-titoli, taħt subtaqsima intitolata “Hemm garanzija marbuta mat-titoli?”, l-informazzjoni li ġejja:

(i) 

deskrizzjoni qasira tan-natura u l-ambitu tal-garanzija;,

(ii) 

deskrizzjoni qasira tal-garanti, inkluż il-LEI tiegħu;

(iii) 

l-informazzjoni finanzjarja ewlenija rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-abbiltà tal-garanti li jissodisfa l-impenji tiegħu taħt il-garanzija; u

(iv) 

deskrizzjoni qasira tal-fatturi ta’ riskju materjali l-aktar marbuta mal-garanti li tinsab fil-prospett f'konformità mal-Artikolu 16(3), filwaqt li ma jaqbiżx l-għadd totali ta' fatturi ta' riskju stabbiliti fil-paragrafu 10;

(d) 

taħt subtaqsima intotlata “X’inhuma r-riskji ewlenin li huma speċifiċi għat-titoli?”, deskrizzjoni qasira tal-aktar fatturi ta’ riskju materjali speċifiċi għat-titoli li jinsabu fil-prospett, filwaqt li ma jinqabżux l-għadd totali ta' fatturi ta' riskju stabbiliti fil-paragrafu 10.

Meta dokument ta’ informazzjoni ewlenija jkun meħtieġ li jiġi ppreparat skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 l-emittent, l-offerent jew il-persuna li tagħmel it-talba għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jistgħu jissostitwixxu l-kontenut stabbilit f’dan paragrafu mal-informazzjoni li tinsab fil-punti (c) sa (i) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014. Fejn japplika r-Regolament (UE) Nru 1286/2014, kull Stat Membru li jaġixxi bħala Stat Membru ta’ domiċilju għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jista' jeħtieġ lill-emittenti, l-offerenti u lill-persuni li jitolbu għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat biex jissostitwixxu l-kontenut stabbilit f’dan paragrafu bl-informazzjoni stabbilita fil-punti (c) sa (i) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 fil-prospetti approvati mill-awtorità kompetenti tiegħu.

Meta jkun hemm sostituzzjoni tal-kontenut skont it-tieni subparagrafu, it-tul massimu stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jiġi estiż bi tliet faċċati addizzjonali ta' karti ta' daqs A4. Il-kontenut tad-dokument ta' informazzjoni ewlenija għandu jiġi inkluż bħala taqsima distinta tas-sommarju. It-tqassim tal-paġna ta' dik it-taqsima għandu jidentifikaha b’mod ċar li hija d-dokument ta' informazzjoni ewlenija kif stabbilit fil-punti (c) sa (i) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014.

Meta, f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(9), sommarju wieħed ikopri diversi titoli li jvarjaw biss f’xi dettalji limitati ħafna, bħall-prezz tal-ħruġ jew id-data tal-maturità, it-tul massimu stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jiġi estiż b'żewġ faċċati addizzjonali ta' karti ta' daqs A4. Madankollu, fil-każ li dokument ta’ informazzjoni ewlenija jkun meħtieġ li jiġi ppreparat għal dawk it-titoli skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 u l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob għal ammissjoni tipproċedi bis-sostituzzjoni tal-kontenut imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, it-tul massimu għandu jiġi estiż bi tliet faċċati addizzjonali ta’ karti ta' daqs A4 għal kull titolu addizzjonali.

▼M5

Meta s-sommarju jkun fih l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), it-tul massimu stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jiġi estiż b’faċċata addizzjonali waħda ta’ karta ta’ daqs A4 għal kull garanti, dment li l-faċċati addizzjonali ta’ karta ta’ daqs A4 ikunu ddedikati għad-deskrizzjoni tal-garanti.

▼B

Artikolu 7 8.

►M5  It-taqsima msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (d), għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja fl-ordni li ġej: ◄

(a) 

taħt subtaqsima intitolata “Taħt liema kondizzjonijiet u skeda ta' żmien nista' ninvesti f'dan it-titolu?”, fejn applikabbli, it-termini ġenerali, il-kondizzjonijiet u l-iskeda ta' żmien mistennija tal-offerta, id-dettalji tal-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, il-pjan għad-distribuzzjoni, l-ammont u l-perċentwali ta’ dilwizzjoni immedjata li tirriżulta mill-offerta u l-istima tal-ispejjeż totali tal-ħruġ u/jew offerta, inklużi l-ispejjeż stmati li ser jintalbu lill-investitur mill-emittent jew l-offerent;

(b) 

jekk differenti mill-emittent, taħt subtaqsima intitolata “Min hu l-offerent u/jew il-persuna li qed titlob l-ammissjoni għall-kummerċ?”, deskrizzjoni qasira tal-offerent tat-titoli u/jew tal-persuna li qed titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, inkluż id-domiċilju u l-forma ġuridika tagħha, il-liġi li taħtha hija topera u l-pajjiż ta' inkorporazzjoni tagħha;

(c) 

taħt subtaqsima ntitolata “Għaliex qed jiġi prodott dan il-prospett?”, deskrizzjoni qasira tar-raġunijiet għall-offerta jew għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, kif ukoll, fejn applikabbli:

(i) 

l-użu u l-ammont nett stmat tal-introjtu:

(ii) 

indikazzjoni ta’ jekk l-offerta hijiex soġġetta għal ftehim ta’ sottoskrizzjoni fuq bażi ta’ impenn irrevokabbli, li tiddikjara kwalunkwe porzjon mhux kopert,

(iii) 

indikazzjoni tal-konflitti materjali l-aktar ta' interess li jappartjenu għall-offerta jew l-ammissjoni għall-kummerċ.

Artikolu 7 9.
Taħt kull waħda mit-taqsimiet deskritti fil-paragrafi 6, 7 u 8, l-emittent jista’ jżid subintestaturi fejn iqis li jkun meħtieġ.
Artikolu 7 10.
In-numru totali ta’ fatturi ta’ riskju inklużi fit-taqsimiet tas-sommarju msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 6 u l-punt (c) (iv) u l-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7 m’għandux jeċċedi l-15.
Artikolu 7 11.
Is-sommarju m’għandux ikun fih kontroreferenzi għal partijiet oħra tal-prospett jew jinkorpora informazzjoni skont referenza.
Artikolu 7 12.
Meta dokument ta’ informazzjoni ewlenija jkun meħtieġ li jiġi ppreparat għal titoli offruti lill-pubbliku skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 u Stat Membru ta' domiċilju jitlob li l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jissostitwixxu l-kontenut tad-dokument ta' informazzjoni ewlenija f'konformità mat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu7 ta' dan l-Artikolu, il-persuni li jagħtu pariri dwar jew ibigħu t-titoli f’isem l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat għandu jitqies li jkun issodisfa, matul l-perijodu tal-offerta, l-obbligu li jiġi pprovdut id-dokument ta' informazzjoni ewlenija f'konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014, bil-kondizzjoni li minflok jipprovdu lill-investituri kkonċernati sommarju tal-prospett skont il-ħin u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 13 u 14 ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 7 12a.
B’deroga mill-paragrafi 3 sa 12 ta’ dan l-Artikolu, Prospett ta’ Segwitu tal-UE mfassal f’konformità mal-Artikolu 14a, jew Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir mfassal f’konformità mal-Artikolu 15a, għandu jkun fih sommarju mfassal f’konformità ma’ dan il-paragrafu.

Is-sommarju ta’ Prospett ta’ Segwitu tal-UE jew ta’ Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir għandu jitfassal bħala dokument qasir miktub b’mod konċiż u ta’ tul massimu ta’ seba’ faċċati ta’ karta ta’ daqs A4 meta jiġi stampat.

Is-sommarju ta’ Prospett ta’ Segwitu tal-UE jew ta’ Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir ma għandux ikun fih kontroreferenzi għal partijiet oħrajn tal-prospett jew jinkorpora informazzjoni b’referenza u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

għandu jiġi ppreżentat u jkun strutturat b’mod li jkun faċli sabiex jinqara, bl-użu ta’ karattri ta’ daqs li jkun jista’ jinqara;

(b) 

għandu jinkiteb b’lingwa li tkun ċara, mhux teknika, konċiża u li tinftiehem mill-investituri u bi stil li jiffaċilita l-fehim tal-informazzjoni;

(c) 

għandu jkun magħmul mit-taqsimiet li ġejjin fl-ordni li ġej:

(i) 

introduzzjoni, li jkun fiha l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, inkluż it-twissijiet u d-data ta’ approvazzjoni tal-Prospett ta’ Segwitu tal-UE jew tal-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir;

(ii) 

informazzjoni importanti dwar l-emittent;

(iii) 

informazzjoni importanti dwar it-titoli, inkluż id-drittijiet marbutin ma’ dawk l-ishma u kwalunkwe limitu fuq dawk id-drittijiet;

(iv) 

informazzjoni importanti dwar l-offerta ta’ titoli lill-pubbliku u/jew l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat, jew it-tnejn;

(v) 

meta jkun hemm garanzija mehmuża mat-titoli, informazzjoni importanti dwar il-garanti u dwar in-natura u l-ambitu tal-garanzija.

Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu, il-punti (a) u (b), is-sommarju ta’ Prospett ta’ Segwitu tal-UE jew ta’ Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir jistgħu jippreżentaw jew jiġbru fil-qosor informazzjoni fil-forma ta’ ċarts, ta’ graffs jew ta’ tabelli.

Meta s-sommarju ta’ Prospett ta’ Segwitu tal-UE, jew ta’ Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir, ikun fih l-informazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu, il-punt (c)(v), it-tul massimu msemmi fit-tieni subparagrafu għandu jiġi estiż b’faċċata addizzjonali waħda ta’ karta ta’ daqs A4 għal kull garanti, dment li l-faċċati addizzjonali ta’ karta ta’ daqs A4 ikunu ddedikati għad-deskrizzjoni tal-garanti.

Artikolu 7 13.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kontenut u l-format tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja ewlenija msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 6, u l-informazzjoni finanzjarja ewlenija rilevanti msemmija fil-punt (c)(iii) tal-paragrafu 7, filwaqt li tqis id-diversi tipi ta' titoli u emittenti u tiżgura li l-informazzjoni mogħtija tkun konċiża u tinftiehem.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Lulju 2018.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 7 14.
L-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida dwar il-komprensibbiltà u l-użu ta’ lingwaġġ sempliċi fis-sommarji biex tiżgura li l-informazzjoni pprovduta fihom tkun konċiża, ċara u faċli għall-utent.
Artikolu 7 15.
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-mudell u t-tqassim tas-sommarji, inkluż id-daqs tat-tipa u r-rekwiżiti tal-istil.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-5 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.