+Artikolu 8 Il-prospett bażi
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.
---+Artikolu 8 9.
---+Artikolu 8 10.
---+Artikolu 8 11.
|
Artikolu 8 Il-prospett bażi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Għal titoli mingħajr ekwità, inkluż warrants fi kwalunkwe għamla, il-prospett jista’, skont l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, jikkonsisti minn prospett bażi li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa li tikkonċerna l-emittent u t-titoli offruti lill-pubbliku jew li jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Il-prospett bażi għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
mudell, intitolat “formola tal-kondizzjonijiet finali”, li għandu jimtela għal kull ħarġa individwali u li jindika l-għażliet disponibbli fir-rigward tal-informazzjoni li trid tiġi ddeterminata fil-kondizzjonijiet finali tal-offerta;
(b)
l-indirizz tas-sit web fejn il-kondizzjonijiet finali ser ikunu ppubblikati.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Meta prospett bażi jinkludi opzjonijiet fir-rigward tal-informazzjoni meħtieġa min-nota rilevanti dwar it-titoli, il-kondizzjonijiet finali għandhom jiddeterminaw liema minn dawn l-opzjonijiet hija applikabbli għall-ħruġ individwali, billi jirreferu għat-taqsimiet rilevanti tal-prospett bażi jew permezz tar-riproduzzjoni ta’ din l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Il-kondizzjonijiet finali għandhom jiġu ppreżentati fil-forma ta’ dokument separat jew għandhom ikunu inklużi fil-prospett bażi jew f’kwalunkwe suppliment għalih. Il-kondizzjonijiet finali għandhom jitħejjew f’forma faċilment analizzabbli u li tinftiehem.
Il-kondizzjonijiet finali għandhom jinkludu biss informazzjoni relatata man-nota dwar it-titoli u ma għandhomx jintużaw biex iservu ta’ suppliment għall-prospett bażi. Il-punt (b) tal-Artikolu 17(1) għandu japplika f'każijiet bħal dawn.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Meta l-kondizzjonijiet finali la jkunu inklużi fil-prospett bażi u lanqas f’suppliment, l-emittent għandu jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21u jiddepożithom mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, kemm jista' jkun malajr hekk kif it-titoli jiġu offruti lill-pubbliku u, fejn possibbli, qabel il-bidu tal-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat.
Għandha tiddaħħal fil-kondizzjonijiet finali dikjarazzjoni ċara u prominenti li tindika:
(a)
li l-kondizzjonijiet finali jkunu ġew ippreparati għall-għan ta’ dan ir-Regolament u jridu jinqraw flimkien mal-prospett bażi u kwalunkwe suppliment tiegħu sabiex tinkiseb l-informazzjoni kollha rilevanti;
(b)
fejn il-prospett bażi u kwalunkwe supplimenti tiegħu jiġu ppubblikati f'konformità mal-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 21;
(c)
li sommarju tal-ħruġ individwali jkun anness għall-kondizzjonijiet finali.
|
|
Artikolu 8 6.
|
Prospett bażi jista’ jitfassal bħala dokument wieħed jew bħala dokumenti separati.
Meta l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ikunu ddepożitaw dokument tar-reġistrazzjoni għal titoli mingħajr ekwità, jew dokument tar-reġistrazzjoni universali f'konformità mal-Artikolu 9, u jagħżlu li jfasslu prospett bażi, il-prospett bażi għandu jikkonsisti minn dan li ġej:
(a)
l-informazzjoni inkluża fid-dokument tar-reġistrazzjoni, jew fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali;
(b)
l-informazzjoni li kieku kellha tiġi inkluża fin-nota tat-titoli rilevanti, bl-eċċezzjoni tal-kondizzjonijiet finali fejn il-kondizzjonijiet finali mhumiex inklużi fil-prospett bażi.
|
|
Artikolu 8 7.
|
L-informazzjoni speċifika dwar kull wieħed mit-titoli differenti inklużi fi prospett bażi għandha tkun segregata b'mod ċar.
|
|
Artikolu 8 8.
|
Sommarju għandu jitfassal biss ladarba l-kondizzjonijiet finali jkunu inklużi fil-prospett bażi, jew f'suppliment, jew ikunu ddepożitati, u dak is-sommarju għandu jkun speċifiku għall-ħarġa individwali.
|
|
Artikolu 8 9.
|
Is-sommarju tal-ħruġ individwali għandu jkun soġġett għall-istess ħtiġijiet bħall-kondizzjonijiet finali, kif stabbiliti f’dan l-Artikolu, u għandhom ikunu annessi magħhom.
Is-sommarju tal-ħarġa individwali għandu jikkonforma mal-Artikolu 7 u għandu jipprovdi dan li ġej:
(a)
l-informazzjoni ewlenija fil-prospett bażi, inkluż l-informazzjoni ewlenija dwar l-emittent;
(b)
l-informazzjoni ewlenija fil-kondizzjonijiet finali xierqa, inkluż l-informazzjoni ewlenija li ma ġietx inkluża fil-prospett bażi.
Meta l-kondizzjonijiet finali jirreferu għal diversi titoli li huma differenti biss f’ċerti dettalji limitati ħafna, bħall-prezz tal-ħruġ jew id-data ta’ maturità, sommarju wieħed tal-ħruġ individwali jista’ jintrabat ma’ dawk it-titoli kollha, bil-kondizzjoni li l-informazzjoni li tirreferi għat-titoli differenti tkun segregata b’mod ċar.
|
|
Artikolu 8 10.
|
L-informazzjoni li tinsab fil-prospett bażi għandha, fejn meħtieġ, tkun issupplimentata f’konformità mal-Artikolu 23.
|
|
Artikolu 8 11.
|
Offerta ta' titoli lill-pubbliku tista’ tkompli wara l-iskadenza tal-prospett bażi li taħtu kienet bdiet bil-kondizzjoni li prospett bażi sussegwenti jiġi approvat u ppubblikat sa mhux aktar tard mill-aħħar jum tal-validità tal-prospett bażi preċedenti. Il-kondizzjonijiet finali ta’ offerta bħal din għandhom jinkludu twissija prominenti fuq l-ewwel paġna tagħha li tindika l-aħħar jum tal-validità tal-prospett bażi preċedenti u fejn il-prospett bażi sussegwenti ser ikun ippubblikat. Il-prospett bażi sussegwenti għandu jinkludi jew jinkorpora b’referenza l-formola tal-kondizzjonijiet finali mill-prospett bażi inizjali u jirreferi għall-kondizzjonijiet finali li huma rilevanti għall-offerta kontinwa.
Dritt tal-irtirar skont l-Artikolu 23(2) għandu japplika wkoll għall-investituri li jkunu qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli matul il-perijodu tal-validità tal-prospett bażi preċedenti, ħlief jekk it-titoli jkunu diġà ngħataw lilhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|