|
+Artikolu 9 9. |
Artikolu 9 9.Meta l-awtorità kompetenti, matul ir-reviżjoni, issib li d-dokument tar-reġistrazzjoni universali ma jissodisfax l-istandards ta’ kompletezza, intelliġibbiltà u konsistenza, jew li huma meħtieġa emendi jew informazzjoni supplimentari, din għandha tinnotifika lill-emittent. Talba għal emenda jew informazzjoni supplimentari indirizzata mill-awtorità kompetenti lill-emittent teħtieġ tiġi kkunsidrata biss mill-emittent fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali sussegwenti ddepożitat għas-sena finanzjarja ta’ wara, ħlief fejn l-emittent jixtieq juża dokument tar-reġistrazzjoni universali bħala parti kostitwenti ta’ prospett sottomess għall-approvazzjoni. F’dak il-każ, l-emittent għandu jiddepożita emenda għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali sa mhux aktar tard mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(6). B’deroga mit-tieni subparagrafu, meta l-awtorità kompetenti tinnotifika lill-emittent li r-rikjesta tiegħu għall-emendi jew informazzjoni supplimentari tikkonċerna ommissjoni materjalijew żball materjali jew ineżattezza materjali, li x’aktarx tqarraq bil-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għal valutazzjoni infurmata tal-emittent, l-emittent għandu jiddepożita emenda għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali mingħajr dewmien żejjed. L-awtorità kompetenti tista’ titlob li l-emittent jipproduċi verżjoni konsolidata tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali emendat, meta tali verżjoni konsolidata tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-intelliġibbiltà tal-informazzjoni pprovduta f’dak id-dokument. Emittent jista’ volontarjament jinkludi verżjoni konsolidata tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali emendat tiegħu f’anness għall-emenda. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|