+Artikolu 9 Id-dokument tar-reġistrazzjoni universali
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 9 7.
---+Artikolu 9 8.
---+Artikolu 9 9.
---+Artikolu 9 10.
---+Artikolu 9 11.
---+Artikolu 9 12.
---+Artikolu 9 13.
---+Artikolu 9 14.

Artikolu 9 Id-dokument tar-reġistrazzjoni universali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
Kwalunkwe emittent li t-titoli tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew MTF jista’ jfassal għal kull sena finanzjarja dokument tar-reġistrazzjoni universali fil-forma ta' dokument tar-reġistrazzjoni universali li jiddeskrivi l-organizzazzjoni, in-negozju, il-pożizzjoni finanzjarja, il-qligħ u l-prospetti, il-governanza u l-istruttura tal-ishma tal-kumpannija.
Artikolu 9 2.

Kwalunkwe emittent li jagħżel li jfassal dokument tar-reġistrazzjoni universali għal kull sena finanzjarja għandu jissottomettih għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2) u (4).

▼M5

Wara li l-emittent kellu dokument tar-reġistrazzjoni universali approvat mill-awtorità kompetenti għal sena finanzjarja waħda, id-dokumenti tar-reġistrazzjoni universali sussegwenti jistgħu jiġu ddepożitati għand l-awtorità kompetenti mingħajr l-approvazzjoni minn qabel.

▼B

Jekk l-emittent, minn hemm 'il quddiem, jonqos milli jiddepożita dokument tar-reġistrazzjoni universali għal sena finanzjarja waħda, il-benefiċċju tad-depożitu mingħajr l-approvazzjoni minn qabel jintilef u d-dokumenti kollha sussegwenti tar-reġistrazzjoni universali għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni sakemm il-kondizzjoni stipulata fit-tieni subparagrafu terġa’ tkun sodisfatta.

Fl-applikazzjoni tiegħu lill-awtorità kompetenti, l-emittent għandu jindika jekk id-dokument tar-reġistrazzjoni universali hux sottomess għall-approvazzjoni jew hux iddepożitat mingħajr l-approvazzjoni minn qabel.

Meta l-emittent imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jitlob in-notifika tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali tiegħu skont l-Artikolu 26, huwa għandu jippreżenta d-dokument tar-reġistrazzjoni universali tiegħu għall-approvazzjoni, inkluż kwalunkwe emenda għal dan li ġiet depożitata qabel.

Artikolu 9 3.
L-emittenti li, qabel il-21 ta’ Lulju 2019, kellhom dokument tar-reġistrazzjoni, imfassal f'konformità mal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 809/2004 ( 10 ), approvat minn awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn finanzjarji konsekuttivi u li wara ġie ddepożitat, f'konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/71/KE, jew fejn tali dokument tar-reġistrazzjoni ġie approvat kull sena, għandhom ikunu awtorizzati biex jiddepożitaw dokument tar-reġistrazzjoni universali mingħajr l-approvazzjoni minn qabel f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu mill-21 ta’ Lulju 2019.
Artikolu 9 4.
Ladarba jkun ġie approvat jew iddepożitat mingħajr l-approvazzjoni minn qabel, id-dokument tar-reġistrazzjoni universali, kif ukoll l-emendi għal dan imsemmija fil-paragrafi 7 u 9 ta' dan l-Artikolu, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien żejjed, f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21.
Artikolu 9 5.
Id-dokument tar-reġistrazzjoni universali għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-lingwa stipulati fl-Artikolu 27.
Artikolu 9 6.
L-informazzjoni tista’ tkun inkorporata b’referenza f’dokument tar-reġistrazzjoni universali skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19.
Artikolu 9 7.
Wara li jiġi ddepożitat jew approvat dokument tar-reġistrazzjoni universali, l-emittent jista’ f'kwalunkwe ħin jaġġorna l-informazzjoni li jkun fih billi jiddepożita emenda għal dan mal-awtorità kompetenti. Soġġett għall-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 10(3), id-depożitu tal-emenda mal-awtorità kompetenti ma għandhiex teħtieġ approvazzjoni.
Artikolu 9 8.

L-awtorità kompetenti tista’ f'kull ħin tirrevedi l-kontenut ta’ kwalunkwe dokument tar-reġistrazzjoni universali li jkun ġie ddepożitat mingħajr l-approvazzjoni minn qabel, kif ukoll il-kontenut ta' kwalunkwe emenda għal dan.

Ir-reviżjoni mill-awtorità kompetenti għandha tikkonsisti mill-iskrutinju tal-kompletezza, il-konsistenza u l-intelliġibbiltà tal-informazzjoni mogħtija fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dan.

Artikolu 9 9.

Meta l-awtorità kompetenti, matul ir-reviżjoni, issib li d-dokument tar-reġistrazzjoni universali ma jissodisfax l-istandards ta’ kompletezza, intelliġibbiltà u konsistenza, jew li huma meħtieġa emendi jew informazzjoni supplimentari, din għandha tinnotifika lill-emittent.

Talba għal emenda jew informazzjoni supplimentari indirizzata mill-awtorità kompetenti lill-emittent teħtieġ tiġi kkunsidrata biss mill-emittent fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali sussegwenti ddepożitat għas-sena finanzjarja ta’ wara, ħlief fejn l-emittent jixtieq juża dokument tar-reġistrazzjoni universali bħala parti kostitwenti ta’ prospett sottomess għall-approvazzjoni. F’dak il-każ, l-emittent għandu jiddepożita emenda għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali sa mhux aktar tard mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(6).

B’deroga mit-tieni subparagrafu, meta l-awtorità kompetenti tinnotifika lill-emittent li r-rikjesta tiegħu għall-emendi jew informazzjoni supplimentari tikkonċerna ommissjoni materjalijew żball materjali jew ineżattezza materjali, li x’aktarx tqarraq bil-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għal valutazzjoni infurmata tal-emittent, l-emittent għandu jiddepożita emenda għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali mingħajr dewmien żejjed.

L-awtorità kompetenti tista’ titlob li l-emittent jipproduċi verżjoni konsolidata tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali emendat, meta tali verżjoni konsolidata tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-intelliġibbiltà tal-informazzjoni pprovduta f’dak id-dokument. Emittent jista’ volontarjament jinkludi verżjoni konsolidata tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali emendat tiegħu f’anness għall-emenda.

Artikolu 9 10.
Il-paragrafi 7 u 9 għandhom japplikaw biss meta d-dokument tar-reġistrazzjoni universali ma jintużax bħala parti kostitwenti ta’ prospett. Kull meta dokument tar-reġistrazzjoni universali jintuża bħala parti kostitwenti ta’ prospett, huwa biss l-Artikolu 23 dwar is-suppliment ta' prospett li għandu japplika mill-mument meta l-prospett jiġi approvat sal-għeluq finali tal-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew, skont il-każ, il-ħin meta l-kummerċ f’suq regolat jibda, skont liema minn dawn iseħħ l-aħħar.
Artikolu 9 11.

Emittent li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel jew fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 jew fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jkollu l-istatus ta’ emittent frekwenti u għandu jibbenefika mill-proċess ta’ approvazzjoni aktar mgħaġġel f'konformità mal-Artikolu 20(6), bil-kondizzjoni li:

(a) 

mad-depożitu jew is-sottomissjoni għall-approvazzjoni ta' kull dokument tar-reġistrazzjoni universali, l-emittent jipprovdi konferma bil-miktub lill-awtorità kompetenti li, sa fejn ikun jaf, l-informazzjoni regolata kollha li huwa kien meħtieġ jiddivulga skont id-Direttiva 2004/109/KE, jekk applikabbli, u skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tkun ġiet iddepożitata u ppubblikata f'konformità ma' dawk l-atti matul l-aħħar 18-il xahar jew tul il-perijodu meta jkun beda l-obbligu ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni regolata, skont liema jkun l-iqsar; u

(b) 

meta l-awtorità kompetenti tkun wettqet reviżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 8, l-emittent ikun emenda d-dokument tar-reġistrazzjoni universali tiegħu f'konformità mal-paragrafu 9.

Meta xi waħda mill-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma tiġix sodisfatta mill-emittent, l-istatus ta’ emittent frekwenti għandu jintilef.

Artikolu 9 12.

Meta d-dokument tar-reġistrazzjoni universali ddepożitat għand jew approvat mill-awtorità kompetenti jiġi ppubblikat mhux aktar tard minn erba’ xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja, u dan ikun fih l-informazzjoni meħtieġa li tkun żvelata fir-rapport finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/109/KE, l-emittent għandu jitqies li ssodisfa l-obbligu tiegħu li jippubblika r-rapport finanzjarju annwali meħtieġ minn dan l-Artikolu.

Meta d-dokument tar-reġistrazzjoni universali, jew emenda għal dan, tiġi ddepożitata għand jew approvata mill-awtorità kompetenti u ssir pubblika mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem tal-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja, u fiha jkun hemm l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi żvelata fir-rapport finanzjarju ta’ kull sitt xhur msemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/109/KE, l-emittent għandu jitqies li ssodisfa l-obbligu tiegħu li jippubblika r-rapport finanzjarju ta’ kull sitt xhur previst taħt dak l-Artikolu.

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-emittent:

(a) 

għandu jinkludi fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali lista b’kontroreferenzi li tidentifika fejn jista’ jinstab kull punt meħtieġ fir-rapporti finanzjarji annwali u ta’ nofs is-sena fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali;

(b) 

għandu jiddepożita dokument tar-reġistrazzjoni universali f'konformità mal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2004/109/KE u jagħmlu disponibbli għall-mekkaniżmu magħżul b’mod uffiċjali msemmi fl-Artikolu 21(2) ta' dik id-Direttiva;

(c) 

għandu jinkludi fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà bl-użu tat-termini mitluba mill-punt (c) tal-Artikolu 4(2) u l-punt (c) tal-Artikolu 5(2) ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 9 13.
Il-paragrafu 12 għandu japplika biss meta l-Istat Membru ta' domiċilju tal-emittent għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huwa wkoll l-Istat Membru ta' domiċilju għall-finijiet tad-Direttiva 2004/109/KE, u fejn il-lingwa tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/109/KE.
Artikolu 9 14.
Il-Kummissjoni għandha, sal-21 ta’ Jannar 2019, tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji għall-iskrutinju u r-reviżjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dan, u l-proċeduri għall-approvazzjoni u d-depożitu ta' dawk id-dokumenti kif ukoll il-kondizzjonijiet li skonthom l-istatus ta' emittent frekwenti jintilef.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.