|
+Artikolu 9 11. |
Artikolu 9 11.Emittent li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel jew fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 jew fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jkollu l-istatus ta’ emittent frekwenti u għandu jibbenefika mill-proċess ta’ approvazzjoni aktar mgħaġġel f'konformità mal-Artikolu 20(6), bil-kondizzjoni li:
(a)
mad-depożitu jew is-sottomissjoni għall-approvazzjoni ta' kull dokument tar-reġistrazzjoni universali, l-emittent jipprovdi konferma bil-miktub lill-awtorità kompetenti li, sa fejn ikun jaf, l-informazzjoni regolata kollha li huwa kien meħtieġ jiddivulga skont id-Direttiva 2004/109/KE, jekk applikabbli, u skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tkun ġiet iddepożitata u ppubblikata f'konformità ma' dawk l-atti matul l-aħħar 18-il xahar jew tul il-perijodu meta jkun beda l-obbligu ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni regolata, skont liema jkun l-iqsar; u
(b)
meta l-awtorità kompetenti tkun wettqet reviżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 8, l-emittent ikun emenda d-dokument tar-reġistrazzjoni universali tiegħu f'konformità mal-paragrafu 9. Meta xi waħda mill-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma tiġix sodisfatta mill-emittent, l-istatus ta’ emittent frekwenti għandu jintilef. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|