Ir-responsabbiltà għall-informazzjoni mogħtija f’dokument tar-reġistrazzjoni jew f'dokument tar-reġistrazzjoni universali għandha tkun marbuta mal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 biss f’każijiet fejn id-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali jintuża bħala parti kostitwenti ta’ prospett approvat.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE meta l-informazzjoni f’dawk l-Artikoli tiġi inkluża f’dokument tar-reġistrazzjoni universali.