+Artikolu 11 Responsabbiltà marbuta mal-prospett
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.

Artikolu 11 Responsabbiltà marbuta mal-prospett

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà għall-informazzjoni mogħtija fi prospett, u kwalunkwe suppliment tiegħu, tkun marbuta tal-inqas mal-emittent jew il-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tiegħu, l-offerent, il-persuna li tagħmel talba għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-garanti, skont il-każ. Il-persuni responsabbli għall-prospett, u kwalunkwe suppliment tiegħu, għandhom ikunu identifikati b’mod ċar fil-prospett b’isimhom u l-funzjonijiet tagħhom jew, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, isimhom u l-uffiċċji reġistrati tagħhom, kif ukoll dikjarazzjonijiet tagħhom li, sa fejn ikunu jafu, l-informazzjoni li tkun tinsab fil-prospett tkun f'konformità mal-fatti u li l-prospett ma jħalli xejn barra li x’aktarx jaffettwa l-importanza tiegħu.
Artikolu 11 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar ir-responsabbiltà ċivili japplikaw għal dawk il-persuni responsabbli mill-informazzjoni mogħtija f'prospett.

▼M5

Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda responsabbiltà ċivili ma għandha tintrabat ma’ kwalunkwe persuna biss fuq il-bażi tas-sommarju skont l-Artikolu 7, inkluż kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm:

▼B

(a) 

huwa jkun ta’ żgwida, ineżatt jew inkonsistenti meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett; jew

(b) 

ma jipprovdix, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, informazzjoni ewlenija sabiex jgħin lil investituri meta jikkunsidraw jekk jinvestux fit-titoli.

Artikolu 11 3.

Ir-responsabbiltà għall-informazzjoni mogħtija f’dokument tar-reġistrazzjoni jew f'dokument tar-reġistrazzjoni universali għandha tkun marbuta mal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 biss f’każijiet fejn id-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali jintuża bħala parti kostitwenti ta’ prospett approvat.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE meta l-informazzjoni f’dawk l-Artikoli tiġi inkluża f’dokument tar-reġistrazzjoni universali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.