L-ESMA tista', jew meta l-Kummissjoni titlob dan, għandha, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-każijiet fejn l-informazzjoni tista’ titħalla barra f'konformità mal-paragrafu 1, filwaqt li jiġu kkunsidrati r-rapporti tal-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA msemmija fil-paragrafu 1.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.