+Artikolu 18 Ommissjoni ta’ informazzjoni
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.

Artikolu 18 Ommissjoni ta’ informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tista’ tawtorizza l-ommissjoni mill-prospett, jew minn partijiet kostitwenti minnu, ta’ ċerta informazzjoni li ser tiġi inkluża fih, fejn hi tqis li xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tkun sodisfatta:

(a) 

l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni jkun kuntrarju għall-interess pubbliku;

(b) 

l-iżvelar ta’ tali informazzjoni jkun ta’ detriment serju għall-emittent jew lill-garanti, jekk ikun hemm, sakemm l-ommissjoni ta’ tali informazzjoni aktarx ma tiżgwidax lill-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għall-valutazzjoni infurmata tal-emittent, l-offerent jew il-garanti, jekk ikun hemm, u tad-drittijiet marbuta mat-titoli kkonċernati ma’ dan il-prospett;

(c) 

din l-informazzjoni tkun ta’ importanza minuri fir-rigward ta’ offerta speċifika jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat u ma taffettwax il-valutazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja u l-prospetti tal-emittent jew il-garanti, jekk ikun hemm.

L-awtorità kompetenti għandha tibgħat rapport lill-ESMA fuq bażi annwali dwar l-informazzjoni li l-ommissjoni tagħha tkun ġiet awtorizzata minnha.

Artikolu 18 2.
Soġġett għall-fatt li tiġi pprovduta infomrazzjoni adegwata lill-investituri, fejn, b’mod eċċezzjonali, ċerta informazzjoni meħtieġa li trid tiġi inkluża fi prospett, jew partijiet kostitwenti minnu, ma tkunx xierqa għall-isfera ta’ attività jew għall-forma ġuridika tal-emittent jew tal-garanti, jekk ikun hemm, jew għat-titoli li magħhom ikollu x’jaqsam il-prospett, il-prospett, jew partijiet kostitwenti minnu, għandu jkun fih informazzjoni ekwivalenti għall-informazzjoni meħtieġa, sakemm ma jkun hemm l-ebda informazzjoni bħal din.
Artikolu 18 3.
Fejn it-titoli jkunu garantiti minn Stat Membru, emittent, offerent jew persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, meta jkun qed jitfassal prospett f'konformità mal-Artikolu 4, għandhom ikunu intitolati li jħallu barra informazzjoni li tappartjeni għal dak l-Istat Membru.
Artikolu 18 4.

L-ESMA tista', jew meta l-Kummissjoni titlob dan, għandha, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-każijiet fejn l-informazzjoni tista’ titħalla barra f'konformità mal-paragrafu 1, filwaqt li jiġu kkunsidrati r-rapporti tal-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA msemmija fil-paragrafu 1.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.