Il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jiġi estiż għal 20 jum ta' xogħol fejn l-offerta lill-pubbliku tinvolvi titoli maħruġa minn emittent ma jkollu ebda titoli ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li preċedentement qatt ma' offra titoli lill-pubbliku.
Il-limitu ta’ żmien ta’ 20 jum ta’ xogħol għandu japplika biss għas-sottomissjoni inizjali tal-abbozz tal-prospett. Fejn is-sottomissjonijiet sussegwenti jkunu meħtieġa f'konformità mal-paragrafu 4, għandu japplika l-limitu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.