L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni tal-prospetti msemmija fil-paragrafu 5 u l-arranġamenti prattiċi biex jiġi żgurat li tali data, inklużi l-ISINs tat-titoli u l-LEIs tal-emittenti, l-offerenti u l-garanti, tkun tista’ tinqara minn magna.
L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Lulju 2018.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.