+Artikolu 21 Pubblikazzjoni tal-prospett
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 5a.
---+Artikolu 21 5b.
---+Artikolu 21 6.
---+Artikolu 21 7.
---+Artikolu 21 8.
---+Artikolu 21 9.
---+Artikolu 21 10.
---+Artikolu 21 11.
---+Artikolu 21 12.
---+Artikolu 21 13.

Artikolu 21 Pubblikazzjoni tal-prospett

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.

Ladarba approvat, il-prospett għandu jkun disponibbli għall-pubbliku mill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi żmien raġonevoli bil-quddiem, u l-aktar tard fil-bidu tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli involuti.

▼M5

Fil-każ ta’ offerta inizjali lill-pubbliku ta’ klassi ta’ ishma li hija ammessa għall-kummerċ f’suq regolat għall-ewwel darba, il-prospett għandu jkun disponibbli għall-pubbliku tal-anqas tlett ijiem ta’ xogħol qabel it-tmiem tal-offerta.

▼B

Artikolu 21 2.

Il-prospett, kemm jekk ikun dokument uniku kif ukoll jekk ikun jikkonsisti f’dokumenti separati, għandu jitqies disponibbli għall-pubbliku meta dan jiġi ppubblikat f’forma elettronika fuq kwalunkwe waħda minn dawn is-siti web:

(a) 

is-sit web tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat;

(b) 

is-sit web tal-intermedjarji finanzjarji fejn jitqiegħdu jew jinbiegħu t-titoli, inklużi l-aġenti li jħallsu;

(c) 

is-sit web tas-suq regolat meta tintalab l-ammissjoni għall-kummerċ, jew meta ma tintalab l-ebda ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, is-sit web tal-operatur tal-MTF.

Artikolu 21 3.

Il-prospett kollu għandu jiġi ppubblikat f’taqsima dedikata tas-sit web li tkun faċilment aċċessibbli meta wieħed jidħol fis-sit web. Dan għandu jkun jista’ jitniżżel, jiġi stampat u f’format li jitfittex elettronikament u ma jistax jiġi modifikat.

Id-dokumenti li fihom informazzjoni inkorporata b’referenza fil-prospett, is-supplimenti u/jew il-kondizzjonijiet finali marbuta mal-prospett u kopja separata tas-sommarju għandhom ikunu aċċessibbli taħt l-istess taqsima flimkien mal-prospett, inkluż permezz ta' hyperlinks fejn meħtieġ.

Il-kopja separata tas-sommarju għandha tindika b’mod ċar ma’ liema prospett hija relatata.

Artikolu 21 4.
L-aċċess għall-prospett m’għandux ikun soġġett għat-tlestija ta' proċess ta’ reġistrazzjoni, l-aċċettazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta' responsabbiltà li tillimita r-responsabbiltà legali jew il-ħlas ta’ tariffa. Twissijiet li jispeċifikaw il-ġurisdizzjoni(jiet) li fiha/fihom tkun qed issir offerta jew ammissjoni għall-kummerċ ma għandhomx jitqiesu bħala dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li tillimita r-responsabbiltà legali.
Artikolu 21 5.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-prospetti kollha approvati jew għall-inqas il-lista tal-prospetti approvati, inkluża hyperlink għat-taqsimiet dedikati tas-sit web msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu kif ukoll bħala identifikazzjoni tal-Istat(i) Membru/i ospitanti fejn il-prospetti jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 25. Il-lista ppubblikata, inklużi l-hyperlinks, għandha tinżamm aġġornata u kull parti għandha tibqa’ fuq is-sit web mill-inqas għall-perijodu msemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.

Fl-istess żmien li tinnotifika lill-ESMA bl-approvazzjoni ta’ prospett jew kwalunkwe suppliment għal dan, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-ESMA b’kopja elettronika tal-prospett u bi kwalunkwe suppliment mehmuż miegħu, kif ukoll id-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni tagħha mill-ESMA fil-mekkaniżmu ta’ ħażna msemmi fil-paragrafu 6 u għar-rapport imsemmi fl-Artikolu 47.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-informazzjoni dwar in-notifiki kollha sottomessi skont l-Artikolu 25.

Artikolu 21 5a.
Prospett ta’ Segwitu tal-UE għandu jiġi kklassifikat separatament fil-mekkaniżmu ta’ ħżin imsemmi fil-paragrafu 6 b’mod li jkun differenzjat mit-tipi l-oħrajn ta’ prospetti.
Artikolu 21 5b.
Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir għandu jiġi kklassifikat fil-mekkaniżmu ta’ ħżin imsemmi fil-paragrafu 6 b’mod li jkun differenzjat mit-tipi l-oħrajn ta’ prospetti.
Artikolu 21 6.
L-ESMA għandha, mingħajr dewmien żejjed, tippubblika l-prospetti kollha li jkunu waslu mill-awtoritajiet kompetenti fuq is-sit web tagħha, inkluż kwalunkwe suppliment għal dawn, il-kondizzjonijiet finali u t-traduzzjonijiet relatati fejn applikabbli, kif ukoll l-informazzjoni dwar l-Istat(i) Membru/i ospitanti fejn il-prospetti jkunu ġew notifikati skont l-Artikolu 25. Il-pubblikazzjoni għandha tkun żgurata permezz ta’ mekkaniżmu ta’ ħażna li jipprovdi lill-pubbliku aċċess mingħajr ħlas u funzjonijiet ta’ tfittxija.
Artikolu 21 7.

Il-prospetti kollha approvati għandhom jibqgħu disponibbli għall-pubbliku fil-forma elettronika għal mill-inqas 10 snin wara l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-siti web imsemmija fil-paragrafi 2 u 6.

Meta jintużaw hyperlinks għal informazzjoni inkorporata permezz ta’ referenza fil-prospett, u s-supplimenti u/jew il-kondizzjonijiet finali relatati mal-prospett, tali hyperlinks għandhom ikunu funzjonali għall-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 21 8.
Prospett approvat għandu jinkludi twissija prominenti li tiddikjara meta tiskadi l-validità tal-prospett. It-twissija għandha tiddikjara wkoll li l-obbligu li prospett jiġi ssupplimentat fil-każ ta' fatturi ġodda sinifikanti, żbalji materjali jew ineżattezzi materjali, ma japplikax meta prospett ma jibqax validu.
Artikolu 21 9.
Fil-każ ta’ prospett li jkun fih diversi dokumenti u/jew li jinkorpora informazzjoni b’referenza, id-dokumenti u l-informazzjoni li jikkostitwixxu l-prospett jistgħu jiġu ppubblikati u distribwiti separatament sakemm dawk id-dokumenti jkunu disponibbli għall-pubbliku f'konformità mal-paragrafu 2. Meta prospett jikkonsisti minn dokumenti separati f’konformità mal-Artikolu 10, kull wieħed minn dawk id-dokumenti kostitwenti, għajr dokumenti inkorporati permezz ta’ referenza, għandhom jindikaw li hija biss parti waħda tal-prospett u minn fejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti kostitwenti l-oħra.
Artikolu 21 10.
It-test u l-format tal-prospett, u kwalunkwe suppliment għall-prospett li jkun disponibbli għall-pubbliku għandhom f’kull ħin ikunu identiċi għall-verżjoni oriġinali approvata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju.
Artikolu 21 11.
Kopja tal-prospett għandha tintbagħat f’format elettroniku lil kwalunkwe investitur potenzjali, fuq talba u mingħajr ħlas, mill-emittent, mill-offerent, mill-persuna li titlob l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat jew l-intermedjarji finanzjarji li jqiegħdu jew ibigħu t-titoli.
Artikolu 21 12.

L-ESMA tista', jew meta l-Kummissjoni titlob dan, għandha, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar ir-rekwiżiti relatati mal-pubblikazzjoni tal-prospett.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 21 13.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni tal-prospetti msemmija fil-paragrafu 5 u l-arranġamenti prattiċi biex jiġi żgurat li tali data, inklużi l-ISINs tat-titoli u l-LEIs tal-emittenti, l-offerenti u l-garanti, tkun tista’ tinqara minn magna.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Lulju 2018.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.