|
+Artikolu 22 6. |
Artikolu 22 6.L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir it-tixrid tar-reklamar għandu jkollha s-setgħa li teżerċita kontroll fuq il-konformità tal-attività tar-reklamar, relatata ma’ offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, mal-paragrafi 2 sa 4. Fejn meħtieġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tassisti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir it-tixrid tar-reklamar fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konsistenza tar-reklami mal-informazzjoni fil-prospett. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32(1), l-iskrutinju tar-reklamar min-naħa ta' awtorità kompetenti ma għandux jikkostitwixxi prekondizzjoni biex l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat issir f'xi Stat Membru ospitanti. L-użu ta’ kwalunkwe setgħa superviżorja u investigattiva stabbilita fl-Artikolu 32 fir-rigward tal-infurzar ta’ dan l-Artikolu mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti għandu jiġi kkomunikat mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-emittent. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|