+Artikolu 22 Reklami
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 22 7.
---+Artikolu 22 8.
---+Artikolu 22 9.
---+Artikolu 22 10.
---+Artikolu 22 11.
|
Artikolu 22 Reklami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
Kwalunkwe tip ta' reklam relatat ma’ offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ma' ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandu jkun konformi mal-prinċipji li jinsabu fil-paragrafi 2 sa 5. Il-paragrafi 2 sa 4 u l-punt (b) tal-paragrafu 5 għandhom japplikaw biss għall-każijiet fejn l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ikun soġġett għall-obbligu li jfassal prospett.
|
|
Artikolu 22 2.
|
Ir-reklami għandu jiddikjara li ġie ppubblikat jew ser jiġi ppubblikat prospett u jindika fejn l-investituri għandhom jew jistgħu jiksbuh.
|
|
Artikolu 22 3.
|
Ir-reklami jridu jingħarfu b’mod ċar li huma tali. L-informazzjoni li tkun tinsab f’reklam ma għandhiex tkun preċiża jew qarrieqa u għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni inkluża fil-prospett, fejn ikun diġà ppubblikat, jew mal-informazzjoni meħtieġa li tkun fil-prospett, fejn il-prospett għad irid jiġi ppubblikat.
|
|
Artikolu 22 4.
|
L-informazzjoni kollha żvelata f'forma orali jew bil-miktub, li tikkonċerna l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, anki fejn mhux għal skopijiet ta’ reklamar, għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni li tinsab fil-prospett.
|
|
Artikolu 22 5.
|
Fil-każ li tiġi żvelata informazzjoni materjali minn emittent jew offerent u indirizzata lil wieħed jew aktar mill-investituri magħżula f’forma orali jew bil-miktub, tali informazzjoni għandha, kif applikabbli, jew:
(a)
tiġi żvelata lill-investituri kollha l-oħra li għalihom hija indirizzata l-offerta, fil-każ li ma jkunx meħtieġ li jiġi ppubblikat prospett f'konformità mal-Artikolu 1(4) u (5); jew
(b)
tiġi inkluża fil-prospett jew f'suppliment f'konformità mal-Artikolu 23(1), fil-każ li jkun meħtieġ li jiġi ppubblikat prospett.
|
|
Artikolu 22 6.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir it-tixrid tar-reklamar għandu jkollha s-setgħa li teżerċita kontroll fuq il-konformità tal-attività tar-reklamar, relatata ma’ offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, mal-paragrafi 2 sa 4.
Fejn meħtieġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tassisti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir it-tixrid tar-reklamar fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konsistenza tar-reklami mal-informazzjoni fil-prospett.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32(1), l-iskrutinju tar-reklamar min-naħa ta' awtorità kompetenti ma għandux jikkostitwixxi prekondizzjoni biex l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat issir f'xi Stat Membru ospitanti.
L-użu ta’ kwalunkwe setgħa superviżorja u investigattiva stabbilita fl-Artikolu 32 fir-rigward tal-infurzar ta’ dan l-Artikolu mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti għandu jiġi kkomunikat mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-emittent.
|
|
Artikolu 22 7.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jitolbu biss tariffi li jkunu marbuta mal-prestazzjoni tal-kompiti superviżorji tagħhom skont dan l-Artikolu. Il-livell ta’ tariffi għandu jiġi żvelat fuq is-siti web tal-awtoritajiet kompetenti. It-tariffi għandhom ikunu nondiskriminatorji, raġonevoli u proporzjonati għall-kompitu superviżorju. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kompetenti ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit jew proċedura amministrattiva lil hinn minn dawk mitluba għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 22 8.
|
B'deroga mill-paragrafu 6, kwalunkwe żewġ awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonkludu ftehim li permezz tiegħu, għall finijiet li jitwettaq kontroll fuq il-konformità tal-attività tar-reklamar f’sitwazzjonijiet transkonfinali, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju żżomm kontroll fuq dik il-konformità. Kwalunkwe ftehim bħal dan għandu jiġi nnotifikat lill-ESMA. L-ESMA għandha tippubblika u taġġorna regolarment lista ta’ ftehimiet bħal dawn.
|
|
Artikolu 22 9.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-reklami stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4, inkluż sabiex tispeċifika d-dispożizzjonijiet dwar it-tixrid tar-reklami u biex jiġu stabbiliti proċeduri dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u tal-Istat Membru fejn isir it-tixrid tar-reklami.
L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Lulju 2018.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 22 10.
|
Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-kontroll eżerċitat skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-ħtieġa li tali kontroll ma jfixkilx il-funzjonament tal-proċedura ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 25, filwaqt li jimminimizzaw il-piżijiet amministrattivi fuq l-emittenti li jagħmlu offerti transkonfinali fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 22 11.
|
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet applikabbli oħra tal-liġi tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|