|
+Artikolu 23 3. |
Artikolu 23 3.Meta l-investituri jixtru jew jissottoskrivu titoli permezz ta’ intermedjarju finanzjarju bejn iż-żmien meta jiġi approvat il-prospett għal dawk it-titoli u l-għeluq tal-perjodu tal-offerta inizjali, dak l-intermedjarju finanzjarju għandu:
(a)
jinforma lil dawk l-investituri dwar il-possibbiltà li jiġi ppubblikat suppliment, fejn u l-perjodu meta jiġi ppubblikat, inkluż fuq is-sit web tiegħu, u li, f’każ bħal dan, l-intermedjarju finanzjarju jgħinhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom;
(b)
jinforma lil dawk l-investituri bil-każijiet meat l-intermedjarju finanzjarju jikkuntattjahom, b’mezzi elettroniċi, skont it-tieni subparagrafu, sabiex jinnotifikahom li ġie ppubblikat suppliment u soġġett għall-qbil tagħhom li jiġu kkuntattjati b’mezzi elettroniċi;
(c)
joffri lil dawk l-investituri li jaqblu li jiġu kkuntattjati biss b’mezzi oħrajn għajr dawk elettroniċi, inklużjoni fakultattiva għal kuntatt elettroniku biss għall-fini li jirċievu n-notifika tal-pubblikazzjoni ta’ suppliment;
(d)
iwissi lil dawk l-investituri li ma jaqblux li jiġu kkuntattjati b’mezzi elettroniċi u jirrifjutaw l-inklużjoni fakultattiva għal kuntatt elettroniku kif imsemmi fil-punt (c) sabiex jimmonitorjaw is-sit web tal-emittent jew tal-intermedjarju finanzjarju sabiex jivverifikaw jekk ikunx ġie ppubblikat suppliment. Meta l-investituri msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkollhom id-dritt ta’ rtirar imsemmi fil-paragrafu 2, l-intermedjarju finanzjarju għandu jikkuntattja lil dawk l-investituri b’mezzi elettroniċi sa tmiem l-ewwel jum ta’ xogħol ta’ wara dak li fih jiġi ppubblikat is-suppliment. Meta t-titoli jinxtraw jew jiġu sottoskritti direttament mill-emittent, dak l-emittent għandu jinforma lill-investituri bil-possibbiltà li jiġi ppubblikat suppliment, fejn u l-perjodu meta jiġi ppubblikat u li, f’dak il-każ, huma jista’ jkollhom dritt li jirtiraw l-aċċettazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|