+Artikolu 23 Supplimenti għall-prospetti
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 4a.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
---+Artikolu 23 7.
---+Artikolu 23 8.

Artikolu 23 Supplimenti għall-prospetti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.

Kull fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali marbuta mal-informazzjoni inkluża fi prospett li tista’ taffettwa l-valutazzjoni tat-titoli u li tinħoloq jew tiġi nnotata bejn iż-żmien meta l-prospett jiġi approvat u l-għeluq tal-perijodu tal-offerta jew meta jibda n-negozjar f’suq regolat, skont liema jseħħ l-aħħar, għandha tissemma f’suppliment għall-prospett mingħajr dewmien żejjed.

Tali suppliment għandu jiġi approvat bl-istess mod bħal prospett f’massimu ta’ ħamest ijiem ta' xogħol u jiġi ppubblikat skont tal-inqas l-istess arranġamenti li kienu applikati meta l-prospett oriġinali kien ippubblikat f'konformità mal-Artikolu 21. Is-sommarju, u kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, għandhom ukoll jiġu ssupplimentati, fejn ikun meħtieġ, biex tiġi kkunsidrata l-informazzjoni l-ġdida inkluża fis-suppliment.

Artikolu 23 2.
Meta l-prospett ikollu x’jaqsam ma’ offerta ta’ titoli lill-pubbliku, l-investituri li jkunu diġà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma jiġi ppubblikat s-suppliment għandu jkollhom id-dritt, li jiġi eżerċitat fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara l-pubblikazzjoni tas-suppliment, li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom, dment li l-fattur il-ġdid sinifikanti, l-iżball materjali jew in-nuqqas ta’ akkuratezza materjali msemmi fil-paragrafu 1 ikun seħħ jew ikun ġie nnotat qabel l-għeluq tal-perjodu tal-offerta jew it-twassil tat-titoli, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż mill-emittent jew mill-offerent. Id-data finali tad-dritt ta’ rtirar għandha tiġi ddikjarata fis-suppliment.

Is-suppliment għandu jkun fih dikjarazzjoni prominenti dwar id-dritt ta’ rtirar, li tiddikjara b’mod ċar dawn kollha li ġejjin:

(a) 

dritt ta’ rtirar jingħata biss lil dawk l-investituri li kienu diġà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma ġie ppubblikat is-suppliment u meta t-titoli kienu għadhom ma ntbagħtux lill-investituri fil-ħin meta feġġ jew ġie nnotat il-fattur il-ġdid sinifikanti, l-iżball materjali jew in-nuqqas ta’ akkuratezza materjali;

(b) 

il-perjodu li matulu l-investituri jistgħu jeżerċitaw id-dritt ta’ rtirar tagħhom;

(c) 

lil min l-investituri jistgħu jikkuntattjaw jekk ikunu jixtiequ jeżerċitaw id-dritt ta’ rtirar.

Artikolu 23 3.

Meta l-investituri jixtru jew jissottoskrivu titoli permezz ta’ intermedjarju finanzjarju bejn iż-żmien meta jiġi approvat il-prospett għal dawk it-titoli u l-għeluq tal-perjodu tal-offerta inizjali, dak l-intermedjarju finanzjarju għandu:

(a) 

jinforma lil dawk l-investituri dwar il-possibbiltà li jiġi ppubblikat suppliment, fejn u l-perjodu meta jiġi ppubblikat, inkluż fuq is-sit web tiegħu, u li, f’każ bħal dan, l-intermedjarju finanzjarju jgħinhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom;

(b) 

jinforma lil dawk l-investituri bil-każijiet meat l-intermedjarju finanzjarju jikkuntattjahom, b’mezzi elettroniċi, skont it-tieni subparagrafu, sabiex jinnotifikahom li ġie ppubblikat suppliment u soġġett għall-qbil tagħhom li jiġu kkuntattjati b’mezzi elettroniċi;

(c) 

joffri lil dawk l-investituri li jaqblu li jiġu kkuntattjati biss b’mezzi oħrajn għajr dawk elettroniċi, inklużjoni fakultattiva għal kuntatt elettroniku biss għall-fini li jirċievu n-notifika tal-pubblikazzjoni ta’ suppliment;

(d) 

iwissi lil dawk l-investituri li ma jaqblux li jiġu kkuntattjati b’mezzi elettroniċi u jirrifjutaw l-inklużjoni fakultattiva għal kuntatt elettroniku kif imsemmi fil-punt (c) sabiex jimmonitorjaw is-sit web tal-emittent jew tal-intermedjarju finanzjarju sabiex jivverifikaw jekk ikunx ġie ppubblikat suppliment.

Meta l-investituri msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkollhom id-dritt ta’ rtirar imsemmi fil-paragrafu 2, l-intermedjarju finanzjarju għandu jikkuntattja lil dawk l-investituri b’mezzi elettroniċi sa tmiem l-ewwel jum ta’ xogħol ta’ wara dak li fih jiġi ppubblikat is-suppliment.

Meta t-titoli jinxtraw jew jiġu sottoskritti direttament mill-emittent, dak l-emittent għandu jinforma lill-investituri bil-possibbiltà li jiġi ppubblikat suppliment, fejn u l-perjodu meta jiġi ppubblikat u li, f’dak il-każ, huma jista’ jkollhom dritt li jirtiraw l-aċċettazzjoni.

Artikolu 23 4.
Fejn l-emittent jipprepara suppliment dwar l-informazzjoni fil-prospett bażi li jirrigwarda l-unika kwistjoni jew diversi kwistjonijiet individwali, id-dritt tal-investituri li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom skont il-paragrafu 2 għandu japplika biss għall-kwistjoni(jiet) rilevanti u mhux għal ħruġ ieħor ta’ titoli taħt il-prospett bażi.
Artikolu 23 4a.
Suppliment għal prospett bażi m’għandux jintuża biex jiġi introdott tip ġdid ta’ titolu li fir-rigward tiegħu l-informazzjoni neċessarja ma ġietx inkluża f’dak il-prospett bażi, ħlief jekk ma jkunx neċessarju li dan isir għal konformità mar-rekwiżiti ta’ kapital skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li tittrasponi l-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 23 5.
Fil-każ li l-fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali msemmija fil-paragrafu 1 jikkonċernaw biss l-informazzjoni li tinsab f’dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument tar-reġistrazzjoni universali u fejn dak id-dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument tar-reġistrazzjoni universali jkun użat simultanjament bħala parti kostitwenti ta' diversi prospetti, għandu jiġi mfassal u approvat suppliment wieħed biss. F’dak il-każ, is-suppliment għandu jsemmi l-prospetti kollha li jirrigwarda.
Artikolu 23 6.
Meta jiġi eżaminat suppliment qabel l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ titlob li s-suppliment jinkludi fih verżjoni konsolidata tal-prospett supplimentat, id-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali f’anness, fejn tali verżjoni konsolidata tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-intelliġibbiltà tal-informazzjoni mogħtija fil-prospett. Din it-talba għandha titqies li tkun talba għal informazzjoni supplimentari skont l-Artikolu 20(4). Emittent jista’, fi kwalunkwe każ, jinkludi volontarjament verżjoni konsolidata tal-prospett supplimentat, dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument tar-reġistrazzjoni universali f’anness għas-suppliment.
Artikolu 23 7.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika sitwazzjonijiet fejn fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali marbuta mal-informazzjoni inkluża fil-prospett tkun teħtieġ suppliment għall-prospett li jrid jiġi ppubblikat.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Lulju 2018.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 23 8.
L-ESMA għandha sal-5 ta’ Ġunju 2026 tiżviluppa linji gwida sabiex tispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom għandu jitqies suppliment sabiex jiġi introdott tip ġdid ta’ titolu li ma huwiex diġà deskritt fi prospett bażi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.