L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika sitwazzjonijiet fejn fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali marbuta mal-informazzjoni inkluża fil-prospett tkun teħtieġ suppliment għall-prospett li jrid jiġi ppubblikat.
L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Lulju 2018.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.