|
+Artikolu 25 1. |
Artikolu 25 1.L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha, fuq talba tal-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett u fi żmien jum ta' xogħol wieħed wara l-wasla ta’ dik it-talba jew, fejn it-talba titressaq flimkien mal-abbozz tal-prospett, fi żmien jum ta' xogħol wara l-approvazzjoni tal-prospett, tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b'ċertifikat ta’ approvazzjoni li jixhed li l-prospett tfassal f'konformità ma' dan ir-Regolament u b’kopja elettronika ta’ dak il-prospett. Fejn applikabbli, in-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn traduzzjoni tal-prospett u kwalunkwe sommarju, magħmul taħt ir-responsabbiltà tal-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew tal-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett. L-istess proċedura għandha tiġi segwita għal kwalunkwe suppliment għall-prospett. L-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett għandhom jiġu nnotifikati biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni fl-istess ħin li tkun innotifikata l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|