+Artikolu 25 Notifika tal-prospetti u s-supplimenti u l-komunikazzjoni tal-kondizzjonijiet finali
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
---+Artikolu 25 6.
---+Artikolu 25 7.
---+Artikolu 25 8.

Artikolu 25 Notifika tal-prospetti u s-supplimenti u l-komunikazzjoni tal-kondizzjonijiet finali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha, fuq talba tal-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett u fi żmien jum ta' xogħol wieħed wara l-wasla ta’ dik it-talba jew, fejn it-talba titressaq flimkien mal-abbozz tal-prospett, fi żmien jum ta' xogħol wara l-approvazzjoni tal-prospett, tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b'ċertifikat ta’ approvazzjoni li jixhed li l-prospett tfassal f'konformità ma' dan ir-Regolament u b’kopja elettronika ta’ dak il-prospett.

Fejn applikabbli, in-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn traduzzjoni tal-prospett u kwalunkwe sommarju, magħmul taħt ir-responsabbiltà tal-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew tal-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett.

L-istess proċedura għandha tiġi segwita għal kwalunkwe suppliment għall-prospett.

L-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett għandhom jiġu nnotifikati biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni fl-istess ħin li tkun innotifikata l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

Artikolu 25 2.
Kwalunkwe applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(1) u (2) għandha tiġi ddikjarata fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni, kif ukoll il-ġustifikazzjoni tagħha.
Artikolu 25 3.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tinnotifika lill-ESMA biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-prospett jew kwalunkwe suppliment għal dan fl-istess ħin li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
Artikolu 25 4.
Fejn il-kondizzjonijiet finali tal-prospett bażi li kien notifikat qabel la jkunu inklużi fil-prospett bażi u lanqas f’suppliment, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tikkomunikahom b’mod elettroniku lill-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru/i ospitanti u lill-ESMA kemm jista’ jkun malajr malli dan ikun prattiku wara li jiġu ddepożitati.
Artikolu 25 5.
M’għandha tiġi imposta l-ebda tariffa mill-awtoritajiet kompetenti għan-notifika, jew l-irċevuta tan-notifika, ta’ prospetti u supplimenti mehmużin magħhom, jew kwalunkwe attività superviżorja relatata, kemm fl-Istat Membru ta' domiċilju jew fl-Istat(i) Membru/i ospitanti.
Artikolu 25 6.

L-ESMA għandha tistabbilixxi portal ta’ notifika li kull awtorità kompetenti għandha ttella’ fih iċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni u l-kopji elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 26(2), u l-kondizzjonijiet finali tal-prospetti bażi, għall-finijiet tan-notifiki u l-kommunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 26.

It-trasferimenti kollha ta’ dawk id-dokumenti bejn l-awtoritajiet kompetenti għandhom isiru permezz dak il-portal ta’ notifika.

Artikolu 25 7.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-arranġamenti tekniċi meħtieġa għall-funzjonament tal-portal ta’ notifika msemmi fil-paragrafu 6.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Lulju 2018.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 25 8.

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifika taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni, il-prospett, kwalunkwe suppliment għal dan prospett u t-traduzzjoni tal-prospett u/jew is-sommarju.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.