L-ESMA għandha tistabbilixxi portal ta’ notifika li kull awtorità kompetenti għandha ttella’ fih iċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni u l-kopji elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 26(2), u l-kondizzjonijiet finali tal-prospetti bażi, għall-finijiet tan-notifiki u l-kommunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 26.
It-trasferimenti kollha ta’ dawk id-dokumenti bejn l-awtoritajiet kompetenti għandhom isiru permezz dak il-portal ta’ notifika.