Dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument tar-reġistrazzjoni universali nnotifikat skont il-paragrafu 2 jista’ jintuża bħala parti kostitwenti ta’ prospett sottomess għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett ma għandha tagħmel l-ebda skrutinju jew approvazzjoni marbuta mad-dokument tar-reġistrazzjoni, jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali nnotifikat u kwalunkwe emenda għal dawn, u għandha tapprova biss in-nota tat-titoli u s-sommarju, u biss wara li tasal in-notifika.