+Artikolu 26 Notifika tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni jew dokumenti tar-reġistrazzjoni universali
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.

Artikolu 26 Notifika tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni jew dokumenti tar-reġistrazzjoni universali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1.
Dan l-Artikolu għandu japplika biss għal ħruġ ta’ titoli mingħajr ekwità msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 2(m) u għal emittenti stabbiliti f’pajjiż terz imsemmija fil-punt (m)(iii) tal-Artikolu 2, fejn l-Istat Membru ta' domiċilju magħżul skont dawk id-dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-prospett skont dawk id-dispożizzjonijiet, mhuwiex l-Istat Membru li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun approvat id-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali imfassal mill-emittent, mill-offerent jew mill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat.
Artikolu 26 2.

Awtorità kompetenti li tkun approvat dokument tar-reġistrazzjoni, jew dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, għandha, fuq it-talba tal-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil ta’ tali dokument, tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett b’ċertifikat ta’ approvazzjoni li jattesta li d-dokument tar-reġistrazzjoni, jew dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dan, tfassal f’konformità ma’ dan ir-Regolament u b’kopja elettronika ta' dak id-dokument. Din in-notifika għandha ssir fi żmien jum wieħed ta’ xogħol wara li tasal it-talba jew, meta t-talba tiġi sottomessa flimkien mal-abbozz ta’ dokument tar-reġistrazzjoni jew abbozz ta’ dokument tar-reġistrazzjoni universali, fi żmien jum wieħed ta’ xogħol wara l-approvazzjoni ta’ dak id-dokument.

Fejn applikabbli, in-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn traduzzjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni, jew dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, prodott taħt ir-responsabbiltà tal-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil ta' tali dokumenti.

L-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tad-dokument tar-reġistrazzjoni, jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, għandha tiġi nnotifikata biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni fl-istess ħin li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett.

Kwalunkwe applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(1) u (2) għandha tiġi ddikjarata fiċ-ċertifikat, kif ukoll il-ġustifikazzjoni tagħha.

L-awtorità kompetenti li tkun approvat id-dokument tar-reġistrazzjoni, jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, għandha tinnotifika lill-ESMA biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ dawk id-dokumenti fl-istess ħin li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett.

L-ebda tariffa ma għandha tiġi imposta minn dawk l-awtoritajiet kompetenti għan-notifika jew il-wasla tan-notifika, tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni, jew tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, jew kwalunkwe attività superviżorja relatata.

Artikolu 26 3.

Dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument tar-reġistrazzjoni universali nnotifikat skont il-paragrafu 2 jista’ jintuża bħala parti kostitwenti ta’ prospett sottomess għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett ma għandha tagħmel l-ebda skrutinju jew approvazzjoni marbuta mad-dokument tar-reġistrazzjoni, jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali nnotifikat u kwalunkwe emenda għal dawn, u għandha tapprova biss in-nota tat-titoli u s-sommarju, u biss wara li tasal in-notifika.

Artikolu 26 4.

Dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument tar-reġistrazzjoni universali nnotifikat skont il-paragrafu 2 għandu jkun fih appendiċi li jistabbilixxi l-informazzjoni ewlenija dwar l-emittent imsemmija fl-Artikolu 7(6). L-approvazzjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali għandha tinkludi l-appendiċi.

Meta applikabbli skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(3), in-notifika għandha tkun akkumpanjata bi traduzzjoni tal-appendiċi għad-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali prodott taħt ir-responsabbiltà tal-emittent, l-offerent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tad-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali.

Meta jfasslu s-sommarju, l-emittent, l-offerent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett għandhom jirriproduċu l-kontenut tal-appendiċi mingħajr ebda bidla fit-taqsima msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(4). L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett ma għandhiex tagħmel skrutinju ta’ dik it-taqsima tas-sommarju.

Artikolu 26 5.

Fejn fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali jinħoloq jew jiġi nnotat fiż-żmien speċifikat fl-Artikolu 23(1) u jkollu x’jaqsam mal-informazzjoni li tinsab fid-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali, is-suppliment meħtieġ skont l-Artikolu 23 għandu jiġi sottomess għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti li tkun approvat id-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali. Dak is-suppliment għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett fi żmien jum wieħed ta’ xogħol wara l-approvazzjoni tiegħu, skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

Meta dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument ta’ reġistrazzjoni universali jkun użat b’mod simultanju bħala parti kostitwenti ta’ diversi prospetti, kif previst fl-Artikolu 23(5), is-suppliment għandu jiġi nnotifikat lil kull awtorità kompetenti li tkun approvat prospetti bħal dawn.

Artikolu 26 6.

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u biex jittieħed kont tal-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għan-notifika taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni marbuta mad-dokument tar-reġistrazzjoni, id-dokument tar-reġistrazzjoni universali, kwalunkwe suppliment għal dan u t-traduzzjoni tiegħu.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.