|
+Artikolu 32 1. |
Artikolu 32 1.Sabiex jaqdu d-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji u investigatorji li ġejjin:
(a)
li jeħtieġu lill-emittenti, lill-offerenti jew lill-persuni li jitolbu għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat li jinkludu fil-prospett informazzjoni supplimentari, fejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-investituri;
(b)
li jeħtieġu lill-emittenti, lill-offerenti jew lill-persuni li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, u lill-persuni li jikkontrollawhom jew li huma kkontrollati minnhom, biex jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumenti;
(c)
li jeħtieġu lill-awdituri u lill-maniġers tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, kif ukoll lill-intermedjarji finanzjarji kummissjonati li jwettqu l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, biex jipprovdu l-informazzjoni;
(d)
li jissospendu offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’ suq regolat għal massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi f’kwalunkwe okkażjoni meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li kien hemm ksur ta’ dan ir-Regolament;
(e)
li jipprojbixxu jew jissospendu r-reklami jew jeħtieġu lill-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jitolbu ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, jew l-intermedjarji finanzjarji rilevanti sabiex iwaqqfu jew jissospendu r-reklami għal massimu ta' 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi f’kwalunkwe okkażjoni meta jkun hemm bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li kien hemm ksur ta’ dan ir-Regolament;
(f)
li jipprojbixxu offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fejn jinstab illi sar ksur ta' dan ir-Regolament jew fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li jkun ser isir ksur tiegħu;
(g)
li jissospendu jew jitolbu lis-swieq regolati rilevanti, l-MTFs jew l-OTFs li jissospendu n-negozjar f’suq regolat, MTF jew OTF għal massimu ta' 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi f’kwalunkwe okkażjoni meta jkun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament inkisru;
(h)
li jipprojbixxu n-negozjar f’suq regolat, f’MTF jew OTF meta jsibu li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament;
(i)
li jagħmlu pubbliku l-fatt li emittent, offerent jew persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat qed jonqos milli jħares l-obbligi tiegħu;
(j)
li jissospendu l-iskrutinju tal-prospett sottomess għall-approvazzjoni jew jissospendu jew jirrestrinġu l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fejn l-awtorità kompetenti tagħmel użu mis-setgħa li timponi projbizzjoni jew restrizzjoni skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ), sakemm tali projbizzjoni jew restrizzjoni tkun waqfet;
(k)
li jirrifjutaw l-approvazzjoni ta’ kwalunkwe prospett imfassal minn ċertu emittent, offerent jew persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat għal massimu ta’ ħames snin, fejn dak l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ikun kiser ripetutament u serjament dan Regolament;
(l)
li jiżvelaw, jew li jeħtieġu lill-emittent biex jiżvela, l-informazzjoni materjali kollha li tista’ jkollha effett fuq il-valutazzjoni tat-titoli offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-investituri jew l-operazzjoni bla xkiel tas-suq;
(m)
li jissospendu jew jitolbu lis-suq regolat, lill-MTF jew lill-OTF rilevanti biex jissospendu t-titoli mill-kummerċ meta jikkunsidraw li s-sitwazzjoni tal-emittent hija dik li l-kummerċ ikun ta’ detriment għall-interessi tal-investituri;
(n)
biex iwettqu spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post f’siti minbarra dawk tar-residenzi privati ta’ persuni fiżiċi, u għal dak il-għan li jidħlu fil-proprjetà sabiex jaċċessaw dokumenti u data oħra fi kwalunkwe forma, fejn ikun hemm suspett raġonevoli li jeżistu dokumenti u data oħra relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni jew investigazzjoni li jistgħu jkunu rilevanti biex ikun ipprovat il-ksur ta’ dan ir-Regolament. Fejn meħtieġ taħt il-liġi nazzjonali, l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-awtorità ġudizzjarja rilevanti biex tiddeċiedi dwar l-użu tas-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu. Fil-każ li l-approvazzjoni ta' prospett tkun ġiet irrifjutata skont il-punt (k) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ESMA b'dan, u din għandha sussegwetement tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra. F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha tkun intitolata li tipparteċipa fl-ispezzjonijiet fuq il-post imsemmija fil-punt (n) tal-ewwel subparagrafu meta dawk l-ispezzjonijiet jitwettqu b’mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|