+Artikolu 32 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
---+Artikolu 32 5.
---+Artikolu 32 6.
|
Artikolu 32 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1.
|
Sabiex jaqdu d-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji u investigatorji li ġejjin:
(a)
li jeħtieġu lill-emittenti, lill-offerenti jew lill-persuni li jitolbu għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat li jinkludu fil-prospett informazzjoni supplimentari, fejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-investituri;
(b)
li jeħtieġu lill-emittenti, lill-offerenti jew lill-persuni li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, u lill-persuni li jikkontrollawhom jew li huma kkontrollati minnhom, biex jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumenti;
(c)
li jeħtieġu lill-awdituri u lill-maniġers tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, kif ukoll lill-intermedjarji finanzjarji kummissjonati li jwettqu l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, biex jipprovdu l-informazzjoni;
(d)
li jissospendu offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’ suq regolat għal massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi f’kwalunkwe okkażjoni meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li kien hemm ksur ta’ dan ir-Regolament;
(e)
li jipprojbixxu jew jissospendu r-reklami jew jeħtieġu lill-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jitolbu ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, jew l-intermedjarji finanzjarji rilevanti sabiex iwaqqfu jew jissospendu r-reklami għal massimu ta' 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi f’kwalunkwe okkażjoni meta jkun hemm bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li kien hemm ksur ta’ dan ir-Regolament;
(f)
li jipprojbixxu offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fejn jinstab illi sar ksur ta' dan ir-Regolament jew fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li jkun ser isir ksur tiegħu;
(g)
li jissospendu jew jitolbu lis-swieq regolati rilevanti, l-MTFs jew l-OTFs li jissospendu n-negozjar f’suq regolat, MTF jew OTF għal massimu ta' 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi f’kwalunkwe okkażjoni meta jkun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament inkisru;
(h)
li jipprojbixxu n-negozjar f’suq regolat, f’MTF jew OTF meta jsibu li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament;
(i)
li jagħmlu pubbliku l-fatt li emittent, offerent jew persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat qed jonqos milli jħares l-obbligi tiegħu;
(j)
li jissospendu l-iskrutinju tal-prospett sottomess għall-approvazzjoni jew jissospendu jew jirrestrinġu l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fejn l-awtorità kompetenti tagħmel użu mis-setgħa li timponi projbizzjoni jew restrizzjoni skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
18
), sakemm tali projbizzjoni jew restrizzjoni tkun waqfet;
(k)
li jirrifjutaw l-approvazzjoni ta’ kwalunkwe prospett imfassal minn ċertu emittent, offerent jew persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat għal massimu ta’ ħames snin, fejn dak l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ikun kiser ripetutament u serjament dan Regolament;
(l)
li jiżvelaw, jew li jeħtieġu lill-emittent biex jiżvela, l-informazzjoni materjali kollha li tista’ jkollha effett fuq il-valutazzjoni tat-titoli offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-investituri jew l-operazzjoni bla xkiel tas-suq;
(m)
li jissospendu jew jitolbu lis-suq regolat, lill-MTF jew lill-OTF rilevanti biex jissospendu t-titoli mill-kummerċ meta jikkunsidraw li s-sitwazzjoni tal-emittent hija dik li l-kummerċ ikun ta’ detriment għall-interessi tal-investituri;
(n)
biex iwettqu spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post f’siti minbarra dawk tar-residenzi privati ta’ persuni fiżiċi, u għal dak il-għan li jidħlu fil-proprjetà sabiex jaċċessaw dokumenti u data oħra fi kwalunkwe forma, fejn ikun hemm suspett raġonevoli li jeżistu dokumenti u data oħra relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni jew investigazzjoni li jistgħu jkunu rilevanti biex ikun ipprovat il-ksur ta’ dan ir-Regolament.
Fejn meħtieġ taħt il-liġi nazzjonali, l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-awtorità ġudizzjarja rilevanti biex tiddeċiedi dwar l-użu tas-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
Fil-każ li l-approvazzjoni ta' prospett tkun ġiet irrifjutata skont il-punt (k) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ESMA b'dan, u din għandha sussegwetement tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra.
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha tkun intitolata li tipparteċipa fl-ispezzjonijiet fuq il-post imsemmija fil-punt (n) tal-ewwel subparagrafu meta dawk l-ispezzjonijiet jitwettqu b’mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.
|
|
Artikolu 32 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:
(b)
f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn;
(c)
taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil tali awtoritajiet;
(d)
b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
|
|
Artikolu 32 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigatorji li jkunu jeħtieġu biex iwettqu dmirijiethom.
|
|
Artikolu 32 4.
|
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal-liġijiet u r-regolamenti dwar xiri, transazzjonijiet ta’ fużjoni u transazzjonijiet oħra li jaffettwaw is-sjieda jew il-kontroll ta’ kumpanniji li jittrasponu d-Direttiva 2004/25/KE u li jimponu rekwiżiti oħra minbarra r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 32 5.
|
Persuna li tagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-awtorità kompetenti f’konformità ma’ dan ir-Regolament m’għandhiex tkun kkunsidrata li kisret xi restrizzjoni fuq żvelar ta’ informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva, u m’għandha tkun soġġetta għal ebda tip ta’ responsabbiltà relatata ma’ tali notifika.
|
|
Artikolu 32 6.
|
Il-paragrafi 1 sa 3 huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stat Membru jagħmel arranġamenti legali u amministrattivi separati għal territorji barranin Ewropej li għar-relazzjonijiet barranin tagħhom ikun responsabbli dak l-Istat Membru.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|