+Artikolu 33 Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
---+Artikolu 33 6.
---+Artikolu 33 7.
|
Artikolu 33 Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed u jikkooperaw f’attivitajiet ta’ investigazzjoni, superviżjoni u ta’ infurzar.
Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, f’konformità mal-Artikolu 38, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, dawn għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ il-miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji biex jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom li jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet kriminali jew proċeduri mibdija għal ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament u jipprovdu l-istess lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u l-ESMA biex dawn iwettqu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 33 2.
|
Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni jew talba sabiex tikkoopera f’investigazzjoni biss f’xi waħda miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin:
(a)
fejn il-konformità mat-talba x’aktarx li taffettwa ħażin l-investigazzjoni, l-attivitajiet ta’ infurzar jew l-investigazzjoni kriminali tagħha stess;
(b)
fejn proċeduri ġudizzjarji jkunu diġà nbdew fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat;
(c)
meta sentenza finali tkun diġà ngħatat fir-rigward ta’ dawn il-persuni għall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru indirizzat.
|
|
Artikolu 33 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 33 4.
|
L-awtorità kompetenti tista’ titlob l-għajnuna mingħand l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward ta’ spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post.
Awtorità kompetenti rikjedenti għandha tinforma lill-ESMA bi kwalunkwe talba msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fil-każ ta’ spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni b’effett transkonfinali, l-ESMA għandha, fejn tintalab tagħmel hekk minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti, tikkoordina l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni.
Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni, din tista’tagħmel kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hi stess;
(b)
tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba tipparteċipa fl-ispezzjoni fil-post jew l-investigazzjoni;
(c)
tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hija stess;
(d)
taħtar awdituri jew esperti biex iwettqu l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post;
(e)
taqsam kompiti speċifiċi relatati ma’ attivitajiet superviżorji mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra.
|
|
Artikolu 33 5.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-ESMA sitwazzjonijiet fejn tkun ġiet rifjutata talba għall-kollaborazzjoni, b’mod partikolari għal skambju ta’ informazzjoni, jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-TFUE, fil-każijiet msemmija fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, l-ESMA tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħa mogħtija lilha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 33 6.
|
L-ESMA tista’, jew meta l-Kummissjoni titlob dan, għandha, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 1.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 33 7.
|
L-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.
Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|