|
+Artikolu 42 2. |
Artikolu 42 2.Meta l-pubblikazzjoni tal-identità tal-entitajiet legali jew id-data tal-identità jew personali ta’ persuni fiżiċi, tkun meqjusa mill-awtorità kompetenti li tkun sproporzjonata wara valutazzjoni każ b’każ mwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali data, jew fejn din il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew tal-investigazzjoni li tkun għaddejja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura sal-mument meta r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu;
(b)
jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima b’mod li jkun konformi mal-liġi nazzjonali, fejn il-pubblikazzjoni anonima tista’ tassigura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata;
(c)
ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura fil-każ li l-għażliet stabbiliti fil-punti (a) u (b) jitqiesu li huma insuffiċjenti biex jiżguraw:
(i)
li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tkunx imxekkla;
(ii)
il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni tat-tali deċiżjonijiet fir-rigward tal-miżuri li jitqiesu li huma ta’ natura minuri. Fil-każ ta’ deċiżjoni li tippubblika sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima, kif imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi differita għal perijodu raġonevoli ta’ żmien fejn huwa previst li f’dak il-perijodu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima m’għandhomx jibqgħu jeżistu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|