+Artikolu 44 Eżerċizzju tad-delega
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.
---+Artikolu 44 4.
---+Artikolu 44 5.
---+Artikolu 44 6.

Artikolu 44 Eżerċizzju tad-delega

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 44 1.
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Artikolu 44 2.
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(7), l-Artikolu 9(14), l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14a(8), l-Artikolu 15a(8), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 20(11), l-Artikolu 29(5) u l-Artikolu 30(4) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mill-20 ta’ Lulju 2017.
Artikolu 44 3.
Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 1(7), l-Artikolu 9(14), l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14a(8), l-Artikolu 15a(8), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 20(11), l-Artikolu 29(5) u l-Artikolu 30(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Artikolu 44 4.
Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
Artikolu 44 5.
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 44 6.
Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(7), l-Artikolu 9(14), l-Artikolu 13(1) jew (2), l-Artikolu 14a(8), l-Artikolu 15a(8), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 20(11), l-Artikolu 29(5) jew l-Artikolu 30(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma humiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.