+Artikolu 6 Miżuri għall-prevenzjoni ta’ nuqqas ta’ saldu
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
|
Artikolu 6 Miżuri għall-prevenzjoni ta’ nuqqas ta’ saldu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jistabbilixxu proċeduri li jippermettu l-konferma ta’ dettalji rilevanti ta’ transazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1) fid-data meta t-transazzjoni tkun ġiet esegwita.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Minkejja r-rekwiżit stipulati fil-paragrafu 1, id-ditti ta’ investiment awtorizzati skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom, fejn applikabbli, jieħdu miżuri biex jillimitaw l-għadd ta’ nuqqas ta’ saldu. Miżuri bħal dawn għandhom tal-inqas jikkonsistu minn arranġamenti bejn id-ditta ta’ investiment u l-klijenti professjonali tagħha kif imsemmi fl-Anness II għad-Direttiva 2014/65/UE sabiex tiġi żgurata komunikazzjoni f’waqtha tal-allokazzjoni ta’ titoli, konferma ta’ dik l-allokazzjoni u konferma tal-aċċettazzjoni jew ir-rifjut tat-termini fi żmien tajjeb qabel id-data prevista tas-saldu. L-ESMA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 dwar il-proċeduri standardizzati u l-protokolli għat-trasmissjoni ta’ messaġġi li għandhom jintużaw għall-konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jopera, CSD għandu jistabbilixxi proċeduri li jiffaċilitaw is-saldu ta’ transazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1) fid-data prevista tas-saldubi skopertura minima tal-parteċipanti tagħhom għar-riskji tal-kontroparti u tal-likwidità u rata baxxa ta’ nuqqas ta’ saldu. Huwa għandu jippromwovi s-saldu bikri fid-data prevista tas-saldu permezz ta’ mekkaniżmi adatti.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jopera, CSD għandu jistabbilixxi miżuri biex iħeġġeġ u joħloq inċentiv għal saldu f’waqtu tat-transazzjonijiet mill-parteċipanti tiegħu. Is-CSDs għandhom jesiġu lill-parteċipanti jsaldu t-transazzjonijiet tagħhom fid-data prevista tas-saldu.
|
|
Artikolu 6 5.
|
L-ESMA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-miżuri għall-prevenzjoni ta' nuqqas ta' saldu sabiex tiżdied l-effiċjenza tas-saldu u b'mod partikolari:
(a)
il-miżuri li għandhom jittieħdu mid-ditti ta' investiment f'konformità mal-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu;
(b)
id-dettalji tal-proċeduri li jiffaċilitaw is-saldu msemmi fil-paragrafu 3, li jistgħu jinkludu t-tfassil tad-daqsijiet tat-tranżazzjonijiet, is-saldu parzjali ta' negozji li qed ifallu u l-użu ta' programmi ta' awto-għoti/teħid ta' self ipprovduti minn ċerti CSDs; u
(c)
id-dettalji tal-miżuri biex jinkoraġġixxu u jinċentivaw is-saldu f'waqtu tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Lulju 2025. Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|