|
+Artikolu 7a 13. |
Artikolu 7a 13.L-ESMA tista' tirrakkomanda li l-Kummissjoni tissospendi b'mod proporzjonat il-mekkaniżmu tax-xiri sfurzat imsemmi fil-paragrafi 4 sa 10 għal kategoriji speċifiċi ta' strumenti finanzjarji fejn meħtieġ biex tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni. Tali rakkomandazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn valutazzjoni motivata bis-sħiħ tan-neċessità tagħha u ma għandhiex issir pubblika. Qabel ma tagħmel ir-rakkomandazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tikkonsulta lill-membri tas-SEBĊ u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tirċievi r-rakkomandazzjoni, abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-ESMA, jew tissospendi l-mekkaniżmu tax-xiri sfurzat obbligatorju msemmi fil-paragrafi 4 sa 10 għall-kategoriji speċifiċi ta' strumenti finanzjarji permezz ta' att ta' implimentazzjoni, jew tirrifjuta s-sospensjoni rakkomandata. Fejn il-Kummissjoni tirrifjuta s-sospensjoni rakkomandata, għandha tipprovdi r-raġunijiet għal dan bil-miktub lill-ESMA. Dik l-informazzjoni ma għandhiex issir pubblika. L-att ta' implimentazzjoni msemmi fit-tielet subparagrafu għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 68(3). Is-sospensjoni tal-mekkaniżmu tax-xiri sfurzat obbligatorju għandha tiġi kkomunikata lill-ESMA u għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-sit web tal-Kummissjoni. Is-sospensjoni tal-mekkaniżmu tax-xiri sfurzat obbligatorju għandha tkun valida għal perjodu inizjali ta' mhux aktar minn sitt xhur mid-data tal-applikazzjoni ta' dik is-sospensjoni. Fejn ir-raġunijiet għas-sospensjoni jkunu għadhom japplikaw, il-Kummissjoni tista', permezz ta' att ta' implimentazzjoni, testendi s-sospensjoni għal perjodi addizzjonali ta' mhux aktar minn tliet xhur kull wieħed, bil-perjodu totali tas-sospensjoni ma jaqbiżx it-12-il xahar. Kull estensjoni tas-sospensjoni għandha tiġi ppubblikata f'konformità mal-ħames subparagrafu. L-att ta' implimentazzjoni msemmi fis-seba' subparagrafu għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 68(3). L-ESMA, fi żmien biżżejjed qabel tmiem is-sospensjoni msemmija fis-sitt subparagrafu jew l-estensjoni msemmija fis-seba' subparagrafu, għandha toħroġ opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk għadhomx japplikaw ir-raġunijiet għas-sospensjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|