|
+Artikolu 7a 15. |
Artikolu 7a 15.L-ESMA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar:
(a)
id-dettalji tal-operazzjoni tal-proċess tax-xiri sfurzat xieraq imsemmi fil-paragrafi 4 sa 10, inkluż il-perjodi ta' żmien xierqa, kalibrati b’kont meħud tat-tip ta’ assi u l-likwidità tal-istrumenti finanzjarji, għall-konsenja tal-istrument finanzjarju wara l-proċess tax-xiri sfurzat;
(b)
iċ-ċirkostanzi li skonthom il-perjodu ta' estensjoni jista' jittawwal skont it-tip ta' assi u l-likwidità tal-istrumenti finanzjarji, f'konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, b'kont meħud tal-kriterji għall-valutazzjoni tal-likwidità skont l-Artikolu 2(1), il-punt (17), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(c)
id-dettalji tal-mekkaniżmu ta' trasferiment skont il-paragrafu 6;
(d)
tipi oħra ta' tranżazzjonijiet li jeliminaw il-ħtieġa tal-proċess ta' xiri sfurzat kif imsemmi fil-paragrafu 7, il-punt (c), bħal arranġamenti kollaterali finanzjarji jew tranżazzjonijiet li jinkludu dispożizzjonijiet ta' netting b'saldu antiċipat;
(e)
metodoloġija għall-kalkolu tal-kumpens fi flus kontanti msemmi fil-paragrafu 9;
(f)
l-informazzjoni meħtieġa għas-saldu msemmija fil-paragrafu 11, it-tieni subparagrafu; u.
(g)
id-dettalji ta' kif il-parteċipanti tas-CSDs, is-CCPs u l-membri taċ-ċentru ta' negozjargħandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet tal-investituri fil-livell tal-konsumatur meta jeżegwixxu x-xiri sfurzat obbligatorju f'konformità mal-paragrafu 11. L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2025. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|