|
+Artikolu 20 1. |
Artikolu 20 1.Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni jew miżura ta’ rimedju taħt it-titolu V, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tirtira l-awtorizzazzjoni f’kwalunkwe miċ-ċirkostanzi li ġejjin, fejn is-CSD:
(a)
ma jkunx għamel użu mill-awtorizzazzjoni għal 12-il xahar, espressament jirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew ma jkun ipprovda l-ebda servizz jew wettaq l-ebda attività matul is-sitt xhur ta’ qabel;
(b)
ikun kiseb l-awtorizzazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew b’mezzi illegali oħrajn;
(c)
ma jibqax jikkonforma mal-kondizzjonijiet li skonthom ingħatat l-awtorizzazzjoni u ma jkunx ħa l-azzjonijiet ta’ rimedju mitluba mill-awtorità kompetenti fil-limiti ta’ żmien stabbilit;
(d)
ikun kiser b’mod serju jew sistematiku r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew, fejn applikabbli, fid-Direttiva 2014/65/UE jew ir-Regolament (UE) Nru 600/2014. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|