+Artikolu 20 Irtirar ta’ awtorizzazzjoni
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
|
Artikolu 20 Irtirar ta’ awtorizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni jew miżura ta’ rimedju taħt it-titolu V, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tirtira l-awtorizzazzjoni f’kwalunkwe miċ-ċirkostanzi li ġejjin, fejn is-CSD:
(a)
ma jkunx għamel użu mill-awtorizzazzjoni għal 12-il xahar, espressament jirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew ma jkun ipprovda l-ebda servizz jew wettaq l-ebda attività matul is-sitt xhur ta’ qabel;
(b)
ikun kiseb l-awtorizzazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew b’mezzi illegali oħrajn;
(c)
ma jibqax jikkonforma mal-kondizzjonijiet li skonthom ingħatat l-awtorizzazzjoni u ma jkunx ħa l-azzjonijiet ta’ rimedju mitluba mill-awtorità kompetenti fil-limiti ta’ żmien stabbilit;
(d)
ikun kiser b’mod serju jew sistematiku r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew, fejn applikabbli, fid-Direttiva 2014/65/UE jew ir-Regolament (UE) Nru 600/2014.
|
|
Artikolu 20 2.
|
Mill-mument li ssir taf b’waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta minnufih lill-awtoritajiet rilevanti u, fejn applikabbli, l-awtorità msemmija fl-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/65/UE dwar il-ħtieġa li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 20 3.
|
L-ESMA u kwalunkwe awtorità rilevanti u, fejn applikabbli, l-awtorità msemmija fl-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/65/UE jistgħu, fi kwalunkwe mument, jitolbu li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju teżamina jekk is-CSD għadux jikkonforma mal-kondizzjonijiet li skonthom ingħatat l-awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 20 4.
|
L-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għal servizz, attività, jew strument finanzjarju partikolari.
|
|
Artikolu 20 5.
|
CSD għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm proċedura adegwata biex jiżgura s-saldu u t-trasferiment f'waqthom u ordnati tat-trasferiment tal-assi tal-klijenti u l-parteċipanti lil CSD ieħor fil-każ tal-irtirar tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Tali proċeduri għandhom jinkludu t-trasferiment ta' kontijiet tal-ħruġ jew rekords simili li jixhdu l-ħruġ ta' titoli, u rekords marbuta mal-forniment tas-servizzi ewlenin imsemmija fil-punti 1 u 2 tat-Taqsima A tal-Anness.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|