+Artikolu 24 5.
|
Artikolu 24 5.
Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollha raġunijiet ċari u dimostrabbli biex temmen li CSD li jipprovdi servizzi fit-territorju tagħha f'konformità mal-Artikolu 23 ikun qed jikser l-obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, lill-ESMA u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 24a b'dawk is-sejbiet. Meta, minkejja miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, is-CSD jippersisti fil-ksur tal-obbligi li ġejjin mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha, wara li tkun informat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, tieħu l-miżuri xierqa kollha meħtieġa sabiex tiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ġewwa t-territorju tal-Istat Membru ospitanti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tinforma lill-ESMA u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 24a b'tali miżuri mingħajr dewmien żejjed. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jistgħu jirreferu din il-kwistjoni lill-ESMA, li tista' taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|