|
+Artikolu 25 10. |
Artikolu 25 10.F’konformità mal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi responsabbli li l-oqsfa legali u superviżorji tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament skont il-paragrafu 9. Tali arranġamenti għandhom jispeċifikaw tal-anqas:
(a)
il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-ESMA, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u l-awtoritajiet responsabbli ta’ pajjiż terz, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni kollha rigward is-CSDs awtorizzati f’pajjiżi terzi li hija rikjesta mill-ESMA u b’mod partikolari l-aċċess għal informazzjoni fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 7;
(b)
il-mekkaniżmu għal notifika f’waqtha tal-ESMA fejn awtorità responsabbli ta’ pajjiż terz tqis li CSD li tkun qed tissorvelja jkun qed jikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tiegħu jew liġi applikabbli oħra;
(c)
il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji inklużi, fejn adatt, spezzjonijiet fuq il-post. Meta ftehim ta’ kooperazzjoni jipprovdi għal trasferimenti ta’ data personali minn Stat Membru, tali trasferimenti għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u meta ftehim ta’ kooperazzjoni jipprovdi għal trasferimenti ta’ data personali mill-ESMA, tali trasferimenti għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|