|
+Artikolu 25 13. |
Artikolu 25 13.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni li s-CSD ta' pajjiż terz għandu jipprovdi lill-ESMA fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2a. Tali informazzjoni għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ, inkluż, fejn applikabbli u disponibbli:
(a)
l-għadd ta' parteċipanti li jinsabu fl-Unjoni li lilhom is-CSD ta' pajjiż terz jipprovdi jew ikun biħsiebu jipprovdi s-servizzi msemmija fil-paragrafu 2a;
(b)
l-għadd u l-volum ta' tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji kkostitwiti skont il-liġi ta' Stat Membru saldati matul is-sena preċedenti;
(c)
l-għadd u l-volum ta' tranżazzjonijiet saldati mill-parteċipanti tal-Unjoni matul is-sena preċedenti. L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|