+Artikolu 27b Valutazzjoni
---+Artikolu 27b 1.
---+Artikolu 27b 2.
---+Artikolu 27b 3.
---+Artikolu 27b 4.
---+Artikolu 27b 5.
---+Artikolu 27b 6.
---+Artikolu 27b 7.
|
Artikolu 27b Valutazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27b 1.
|
Fil-valutazzjoni tan-notifika prevista fl-Artikolu 27a(2) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27a(4), l-awtorità kompetenti għandha, sabiex tiżgura l-ġestjoni soda u prudenti tas-CSD fejn ikun propost l-akkwist, u wara li tikkunsidra l-influwenza probabbli tal-akkwirent propost fuq is-CSD, tivvaluta l-adegwatezza tal-akkwirent propost u s-sodezza finanzjarja tal-akkwiżizzjoni proposta skont dawn kollha li ġejjin:
(a)
ir-reputazzjoni u s-sodezza finanzjarja tal-akkwirent propost;
(b)
ir-reputazzjoni, l-għarfien u l-ħiliet u l-esperjenza ta' kwalunkwe persuna li ser tmexxi n-negozju tas-CSD konsegwenza tal-akkwiżizzjoni proposta;
(c)
jekk is-CSD hux ser ikun jista' jikkonforma u jkompli jikkonforma ma' dan ir-Regolament;
(d)
jekk ikunx hemm motivi raġonevoli għal suspett li, b'rabta mal-akkwist propost, twettaqx jew sarx tentattiv sabiex jitwettaq ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew jekk l-akkwiżizzjoni proposta tistax iżżid ir-riskju ta' dan.
Fil-valutazzjoni tas-sodezza finanzjarja tal-akkwirent propost, l-awtorità kompetenti għandha tagħti attenzjoni partikolari lit-tip ta' negozju segwit u previst fis-CSD li fih ikun propost l-akkwiżizzjoni. Fil-valutazzjoni tal-abbiltà tas-CSD li jikkonforma ma' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tagħti attenzjoni partikolari dwar jekk il-grupp li minnha ser isir parti għandux struttura li tagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata superviżjoni effettiva, li effettivament tiġi skambjata informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti u li tiġi ddeterminata l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet fost l-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 27b 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jopponu l-akkwiżizzjoni proposta biss meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex jagħmlu dan fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew meta l-informazzjoni pprovduta mill-akkwirent propost ma tkunx kompluta.
|
|
Artikolu 27b 3.
|
L-Istati Membri la għandhom jimponu kundizzjonijiet minn qabel fir-rigward tal-livell ta' parteċipazzjoni li għandha tiġi akkwiżita u lanqas ma għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jeżaminaw l-akkwiżizzjoni proposta f'termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.
|
|
Artikolu 27b 4.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku lista li tispeċifika l-informazzjoni li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-valutazzjoni u li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fil-mument tan-notifika msemmija fl-Artikolu 27a(2). L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonali u għandha tkun adattata għan-natura tal-akkwirent propost u l-akkwiżizzjoni proposta. L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu informazzjoni li ma tkunx rilevanti għal valutazzjoni prudenzjali.
|
|
Artikolu 27b 5.
|
Minkejja l-Artikolu 27a(2) sa (5), fejn żewġ proposti jew aktar għall-kisba jew iż-żieda ta' parteċipazzjonijiet kwalifikanti fl-istess CSD ikunu ġew notifikati lill-awtorità kompetenti, din tal-aħħar għandha titratta l-akkwirenti proposti b'mod nondiskriminatorju.
|
|
Artikolu 27b 6.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni li tkun essenzjali jew rilevanti għall-valutazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, jikkomunikaw l-informazzjoni rilevanti kollha lil xulxin u għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni kollha essenzjali b'inizjattiva proprja. Deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat is-CSD li fih ikun propost l-akkwiżizzjoni għandha tindika kwalunkwe fehma jew riżerva espressa mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-akkwirent propost.
|
|
Artikolu 27b 7.
|
L-ESMA għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 dwar il-valutazzjoni tal-idoneità ta' kwalunkwe persuna li ser tmexxi n-negozju tas-CSD, kif ukoll dwar ir-regoli proċedurali u l-kriterji ta' evalwazzjoni għall-valutazzjoni prudenzjali ta' akkwiżizzjonijiet diretti jew indiretti u żidiet ta' parteċipazzjonijiet fis-CSDs.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|