+Artikolu 37 Integrità tal-kwistjoni
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
|
Artikolu 37 Integrità tal-kwistjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
CSD għandu jieħu l-miżuri ta’ rikonċiljazzjoni xierqa sabiex jivverifika li l-għadd ta’ titoli li jifforma ħruġ ta’ titoli jew parti minn ħruġ ta’ titoli sottomessi lis-CSD jkun daqs is-somma tat-titoli rreġistrati fil-kontijiet ta’ titoli tal-parteċipanti fis-sistema ta’ saldu tat-titoli operati mis-CSD u, fejn rilevanti, fuq il-kontijiet titulari miżmuma mis-CSD. Miżuri ta’ rikonċiljazzjoni bħal dawn għandhom jitwettqu tal-inqas kuljum.
|
|
Artikolu 37 2.
|
Fejn dan ikun xieraq u jekk entitajiet oħrajn ikunu involuti fil-proċess ta’ rikonċiljazzjoni għal ċertu ħruġ ta’ titoli, bħall-emittent, ir-reġistraturi, l-aġenti tal-ħruġ, l-aġenti tat-trasferimenti, id-depożitorji komuni, CSDs oħrajn jew entitajiet oħrajn, is-CSD u kwalunkwe entità bħal din għandhom jorganizzaw miżuri adegwati ta’ kooperazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni ma’ xulxin sabiex tinżamm l-integrità tal-ħruġ.
|
|
Artikolu 37 3.
|
F’sistema ta’ saldu tat-titoli operati minn CSD ma għandhomx ikunu permessi self kurrenti ta’ titoli, bilanċi tad-dejn jew ħolqien ta’ titoli.
|
|
Artikolu 37 4.
|
F’konsultazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-miżuri ta’ rikonċiljazzjoni li CSD għandu jieħu skont il-paragrafi 1, 2 u 3. L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015. Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|