+Artikolu 45 Riskji operazzjonali
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 4.
---+Artikolu 45 5.
---+Artikolu 45 6.
---+Artikolu 45 7.
|
Artikolu 45 Riskji operazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
CSD għandu jidentifika s-sorsi ta’ riskju operazzjonali, kemm interni kif ukoll esterni, u jimminimizza l-impatt tagħhom ukoll permezz tal-iskjerament ta’ għodod, proċessi u politiki tal-ICT xierqa stabbiliti u ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
), kif ukoll permezz ta’ kwalunkwe għodod, kontrolli u proċeduri rilevanti oħrajn xierqa għal tipi oħrajn ta’ riskju operazzjonali, inkluż għas-sistemi kollha ta’ saldu tat-titoli li huwa jopera.
|
|
Artikolu 45 3.
|
Għas-servizzi li jipprovdi kif ukoll għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm pjan adegwat ta’ kontinwità tal-operat u ta’ rkupru minn diżastri, inkluż politika ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u pjanijiet ta’ rispons u rkupru tal-ICTstabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, biex jiġu żgurati l-preservazzjoni tas-servizzi tiegħu, l-irkupru bla dewmien tal-operazzjonijiet u t-twettiq tal-obbligi tas-CSD fil-każ ta’ avvenimenti li jippreżentaw riskju sinifikanti ta’ tfixkil tal-operazzjonijiet.
|
|
Artikolu 45 4.
|
Il-pjan imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jipprevedi l-irkupru tat-tranżazzjonijiet u l-pożizzjonijiet tal-parteċipanti kollha fil-ħin tat-tfixkil biex il-parteċipanti ta’ CSD ikunu jistgħu jkomplu joperaw b’ċertezza u jlestu s-saldu fid-data skedata, inkluż billi jiġi żgurat li s-sistemi kritiċi tal-IT ikunu jistgħu jerġgħu jibdew l-operazzjonijiet mill-ħin tat-tfixkil kif previst fl-Artikolu 12(5) u (7) tar-Regolament (UE) 2022/2554
|
|
Artikolu 45 5.
|
Is-CSD għandu jippjana u jwettaq programm ta’ testijiet tal-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 1 sa 4.
|
|
Artikolu 45 6.
|
CSD għandu jidentifika, jimmonitorja u jiġġestixxi r-riskji li l-parteċipanti ewlenin fis-sistemi ta’ saldu tat-titoli li jopera, kif ukoll fornituri ta’ servizzi u utilitajiet, u CSDs jew infrastrutturi tas-suq oħra, jistgħu jippreżentaw għall-operazzjonijiet tiegħu. Huwa għandu, fuq talba, jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti u rilevanti b’informazzjoni dwar kwalunkwe tali riskju identifikat. Għandu jinforma wkoll mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet rilevanti bi kwalunkwe inċident operazzjonali, għajr b’rabta mar-riskju tal-ICT, li jirriżulta minn tali riskji.
|
|
Artikolu 45 7.
|
L-ESMA għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-riskji operazzjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 6, għajr ir-riskju tal-ICT, u l-metodi biex tittestja, tindirizza jew timminimizza dawk ir-riskji, inkluż il-politiki ta’ kontinwità tal-operat u l-pjanijiet ta’ rkupru minn diżastri msemmija fil-paragrafi 3 u 4 u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom. L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015. Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|