+Artikolu 46 Politika tal-investiment
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.
---+Artikolu 46 5.
---+Artikolu 46 6.
|
Artikolu 46 Politika tal-investiment
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46 1.
|
CSD għandu jżomm l-assi finanzjarji tiegħu f’banek ċentrali, istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati jew CSDs awtorizzati.
|
|
Artikolu 46 2.
|
CSD għandu jkollu aċċess fil-pront għall-assi tiegħu, fejn ikun meħtieġ.
|
|
Artikolu 46 3.
|
CSD għandu jinvesti r-riżorsi finanzjarji tiegħu unikament fi flus kontanti jew fi strumenti finanzjarji likwidi ħafna b’riskju tas-suq u tal-kreditu minimi. Dawk l-investimenti għandhom ikunu kapaċi jiġu likwidati malajr b’effett negattiv minimu fuq il-prezz.
|
|
Artikolu 46 4.
|
L-ammont ta’ kapital, inkluż il-qligħ miżmum u r-riżervi ta’ CSD li ma jkunux investiti skont il-paragrafu 3, ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-Artikolu 47(1).
|
|
Artikolu 46 5.
|
CSD għandu jiżgura li l-iskoperturi għar-riskju ġenerali tiegħu għal kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu individwali awtorizzata jew CSD individwali awtorizzat li magħhom huwa jżomm l-assi finanzjarji proprji tiegħu jibqgħu f’limiti ta’ konċentrazzjoni aċċettabbli.
|
|
Artikolu 46 6.
|
F’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-membri tas-SEBĊ, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jiġu kkunsidrati li huma likwidi ħafna b’riskju tas-suq u tal-kreditu minimi kif imsemmi fil-paragrafu 3, il-perijodu ta’ żmien adatt għall-aċċess tal-assi msemmi fil-paragrafu 2 u l-limiti ta’ konċentrazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 5. Tali abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom, fejn ikun adatt, ikunu allinjati mal-istandards tekniċi regolatorji adottati skont l-Artikolu 47(8) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015. Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|