|
+Artikolu 49 1. |
Artikolu 49 1.Emittent għandu jkollu d-dritt li jagħmel arranġamenti sabiex it-titoli tiegħu li jkunu ġew aċċettati biex jiġu negozjati fi swieq regolati jew MTFs jew negozjati f’ċentri ta’ negozjar jiġu rreġistrati fi kwalunkwe CSD stabbilit fi kwalunkwe Stat Membru, soġġett għall-konformità minn dak is-CSD mal-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 23. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-emittent imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-liġi korporattiva jew liġi simili tal-Istat Membru li skontha huma kostitwiti t-titoli għandha tibqa' tapplika. Il-liġi korporattiva jew liġi simili tal-Istat Membru li skontha huma kkostitwiti t-titoli tfisser:
(a)
il-liġi korporattiva jew liġi simili tal-Istat Membru fejn l-emittent ikun inkorporat; u
(b)
il-liġi korporattiva regolatorja jew liġi simili tal-Istat Membru li skontha huma maħruġa t-titoli. L-Istati Membri għandhom jiġbru lista ta' dispożizzjonijiet rilevanti ewlenin tal-liġi korporattiva jew liġi simili tagħhom, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw dik il-lista lill-ESMA sas-17 ta’ Jannar 2025. L-ESMA għandha tippubblika dik il-lista sas-17 ta’ Frar 2025. L-Istati Membri għandhom, regolarment u tal-anqas kull sentejn, jaġġornaw dik il-lista. Huma għandhom jikkomunikaw il-lista aġġornata f'dawk l-intervalli regolari lill-ESMA. L-ESMA għandha tippubblika tali lista aġġornata. Is-CSD jista’ jitlob il-ħlas ta’ tariffa kummerċjali raġonevoli għall-għoti tas-servizzi tiegħu lill-emittenti fuq il-bażi ta’ kost b’addenda, sakemm ma jsirx qbil ieħor bejn iż-żewġ partijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|